6
04, 2010
6
04, 2010
25
02, 2010
L-Għaqda Ġurnalisti Sport issellem lil Benny Pace
Malli tħabbret il-mewt tal-ġurnalist veteran Benny Pace l-Għaqda Ġurnalisti Sport Malta u l-membri affiljati magħha ingħaqdu mal-familja sportiva Maltija sabiex isellmu lill-persuna li mhux biss kien strumentali fl-iżvilupp tal-ġurnalizmu f’pajjiżna iżda wkoll għal snin twal kien wieħed mill-amministraturi ewlenin tal-iSport Malti. Benny Pace miet il-Ħamis 25 ta’ Frar fl-għomor ta’ 74 sena. Apparti li sa ftit tax-xhur ilu kien membru attiv fi ħdan l-Għaqda tal-Ġurnalisti Sport (qabel bl-isem -Għaqda Kittieba Sports) kien ukoll il-bniedem li fl-1960 ħoloq l-Għażliet Sportivi Nazzjonali . Filfatt dawn l-Għażliet oriġinaw meta s-Sur Pace kien jokkupa l-kariga ta’ Editur mal-gurnal Sporting Star. Hu kien ukoll gurnalist sportiv ma’ diversi gurnali lokali fejn wara li fl-1957 beda s-Soccer Magazine okkopa l-karigi wkoll ta’ Editur mal-ġurnal in-Nazzjon Tagħna bejn is-sena 1970 – 1982, il-Mument 1972 -1982 u l-Poplu mill-1955 – 1973. Fl-aħħar snin kien ukoll kontributur ma’ diversi ġurnali lokali fosthom il-ġurnal l-Orizzont. Benny Pace jibqa` mfakkar ukoll [...]
4
01, 2010
Jiġu mћabbra l-finalisti ta’ Sport Malta Awards – L-Gћazliet Sportivi Nazzjonali
“Il-finali ta’ Sport Malta Awards – L-Gћazliet Sportivi Nazzjonali gћandha tkun attivita’ li tagћti ġieћ lill-isport Malti u l-isportivi Maltin. Hija wkoll serata li matulha l-Kunsill Malti gћall-iSport flimkien mal-Gћaqda Kittieba Sport se jfakkar lill-pubbliku sena impenjattiva ta’ sport li gћadda kemm intemmet.” Dan sostnieh ic-chairman tal-Kunsill Malti gћall-iSport is-Sur Bernard Vassallo waqt konferenza tal-aћbarijiet li saret f’Dar il-Mediterran gћall-Konferenzi u li matulha ġew imћabbra l-finalisti tal-Sport Malta Awards – L-Gћażliet Sportivi Nazzjonali li s-serata finali tagћhom se ssir is-Sibt 16 ta’ Jannar. […]
28
12, 2009
SPORTMALTA AWARDS – GĦAŻLIET SPORTIVI NAZZJONALI 2009
L-Għaqda Kittieba Sports u l-Kunsill Malti ghall-iSport bi pjacir ihabbru s-Semi Finalisti tal-attivita’ Sportmalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali 2009. Din l-attivita’ li ilha ssir ghal dawn l-aħħar 49 sena mill-1960 fuq inizjattiva tal-membru fundatur tal-GhKS Benny Pace, se ssir nhar is-Sibt 16 ta’ Jannar 2009 ġewwa Dar il-Meditterran għall-Konferenzi il-Belt Valletta bi trasmissjoni diretta fuq l-istazzjon Nazzjonali TVM. […]