Sandro

About Sandro

This author has not yet filled in any details.
So far Sandro has created 187 blog entries.
14 08, 2019

Maltco Lotteries ippreżentat għajnuna finanzjarja lir-Rebbieħa ta’ SportMaltaAwards ta’ din is-sena.

By |August 14th, 2019|0 Comments

L-Erbgħa 7 ta’ Awwissu 2019 Maltco Lotteries ippreżentat għajnuna finanzjarja lir-rebbieħa ta’ SportMalta Għażliet Sportivi Nazzjonali. Dawn l-atleti ngħataw it-titlu rispettiv tagħhom fi Frar li għadda għall-kisbiet tagħhom fl-2018 waqt l-avveniment SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li ġie organizzat minn SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sportivi. Maltco Lotteries ilha tappoġġja dan l-avveniment għal diversi snin. "Minbarra li l-kumpanija hi waħda mill-isponsors ewlenin tal-avveniment SportMalta Awards li jittella’ ta’ kull sena, Maltco tipprovdi wkoll lir-rebbieħa b’għajnuna finanzjarja bħala inkoraġġiment u inċentiv biex dawn ikomplu javvanzaw fil-karriera sportiva tagħhom" afferma l-Kap Eżekuttiv tal-Maltco Lotteries, isSur Vasileios Kasiotakis. Is-Sur Sandro Micallef, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports irringrazzja lill-Maltco Lotteries għall-appoġġ kontinwu mhux biss lejn SportMalta Għażliet Sportivi Nazzjonali, iżda wkoll għallappoġġ kontinwu favur l-iżvilupp tal-isport f’Malta. Is-Sur Micallef irrimarka li t-tħejjijiet għalledizzjoni 2020 ta’ SportMalta Awards diġà bdew. Din se tkun edizzjoni speċjali hekk kif se jaħbat is-60 Anniversarju mill-ewwel edizzjoni tal-Sportiv tas-Sena li ġiet [...]

14 08, 2019

Maltco Lotteries presented financial support to this year’s SportMalta AwardsWinners.

By |August 14th, 2019|0 Comments

Wednesday 7th August 2019 Maltco Lotteries presented financial support to the SportMalta Għażliet Sportivi Nazzjonali winners. These athletes have been awarded with their respective title back in February for their 2018 achievements during the SportMalta Għażliet Sportivi Nazzjonali event which was organised by SportMalta together with the Malta Sports Journalists Association. Maltco Lotteries have been supporting this event for the past years. “Apart from being one of the main sponsors of the yearly SportMalta Awards event, Maltco also provides the winners with a financial support as an encouragement and incentive to pursue further in their sports career” affirmed Maltco Lotteries CEO, Mr Vasileios Kasiotakis. The President of the Malta Sports Journalists Association, Mr Sandro Micallef thanked Maltco Lotteries for their continuous support not only towards the SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali but also for their ongoing and unparalleled support for the developing of Sport in Malta. Mr Micallef remarked that [...]

22 07, 2019

Malta Journalism Awards: Jitħabbru r-rebbieħa tad-29 edizzjoni L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM)

By |July 22nd, 2019|0 Comments

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) is-Sibt filgħaxija, 20 ta’ Lulju, 2019,  ħabbar il-ġurnalisti rebbieħa tad-29 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards f’ċerimonja li saret fil-Lukanda SeaShells Resort, San Pawl il-Baħar fejn matulha jkunu ppremjati dawk li jaħdmu fil-ġurnaliżmu. Fl-istess ċerimonja, tħabbar li l-ġurnalista veteran Laurence Grech ingħata rikonoxximent billi l-Gold Award sponsorjat mill-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu ngħata lilu. Il-motivazzjoni tressqet lill-Bord ta’ Ġurija li kien magħmul lill-President Emeritus Dr. Marie Louise Coleiro Preca u mis-Sinjuri Frans Ghirxi u Mario Schiavone. Intant, ġurija indipendenti kienet maħtura mill-IĠM biex tevalwa ssottomissjonijiet għall-Malta Journalism Awards. Din kienet magħmulha misSur Albert Callus bħala Chairman u mis-Sinjuri Antoine Falzon u Sergio Mallia. Dawn kienu r-rebbieħa kollha: Kategorija: Ġurnaliżmu Investigativ Stampat David Hudson, Maltatoday Rebbieħ Karl Azzopardi, Maltatoday Finalist Victor Vella, it-Torċa Finalist Kategorija: Ġurnaliżmu Fotografiku – Sponsorjata minn The Farsons Foundation Darrin Zammit Lupi, Reuters, Rebbieħ Alan Saliba, l-Orizzont Finalist Mark Zammit Cordina, Times of Malta Finalist [...]

24 06, 2019

Saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2019 tal-Għaqda Ġurnalisti Sports

By |June 24th, 2019|0 Comments

Il-Ħamis 20 ta' Ġunju saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports tas-sena 2019 li fiha ġew diskussi diversi suġġetti u ġew approvati aktar emendi fl-Istatut. Lorraine Cunningham Segretarju Ġenerali ippreżentat ir-rapport amministrattiv tal-aħħar 12 -il xhar, perjodu li reġa' kien impenjattiv għall-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports bi 12-il laqgħa uffiċjali u diversi laqgħat u ħidma oħra ma' entitajiet governattivi u assoċjazzjonijiet sportivi. Stephen Azzopardi ppreżenta r-rapport finanzjarju li fih kienet ikkonfermata s-sitwazzjoni finanzjarja pożittiva tal-Assoċjazzjoni. Iż-żewġ rapporti kienu approvati mill-membri b'mod unanimu. Fil-laqgħa ġie spjegat li l-emendi fl-Istatut kienu neċċessarji sabiex l-Għaqda Ġurnalisti Sports tkun konformi mat-talbiet tal-Kummissarju tal-Organizazzjonijiet Volontarji hekk kif l-Għaqda Ġurnalisti Sports qedgħa fil-proċess li tkun rikonoxxuta uffiċjalment bħala organizazzjoni volontarja. Fid-diskors tiegħu fl-għeluq tal-Laqgħa Ġenerali Annwali l-President Sandro Micallef rringrazzja lil SportMalta tal-għajnuna u tal-kollaborazzjoni matul is-sena. Hu ta dettalji tal-programm ta' attivitajiet li i se jkunu organizzati fis-sena 2020 bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena anniversarju mit-twaqqif [...]

Go to Top