Sandro

About Sandro

This author has not yet filled in any details.
So far Sandro has created 187 blog entries.
13 10, 2018

L-GħĠS tiltaqa ma’ aktar assoċjazzjonijiet sportivi

By |October 13th, 2018|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport kompla bis-sensiela ta’ laqgħat ma Assoċjazzjonijiet Sportivi hekk kif matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru iltaqa mal-Malta Baseball and Softball Association, l-Archery Association of Malta u il-Malta Ten Pin Bowling Association. F’laqgħat separati, ġie diskuss kif dawn l-Assoċjazzjonijiet setgħu jitrasmettu aħjar dawk l-avvenimenti sportivi li jkunu qed jorganiżżaw jew li fihom ikunu qed jipparteċipaw l-atleti tagħhom kemm lokali kif ukoll internazzjonalment. L-GħĠS offriet is-sostenn tagħha lil dawn l-Assoċjazzjonijiet permezz ta’ pariri kif l-aħjar għandhom jippreparaw ir-rapporti u jibgħatuhom lill-midja. L-GħĠS se tibqa’ tiltaqa ma aktar Assoċjazzjonijiet Sportivi fil-ġimgħat li ġejjin.

10 10, 2018

Stqarrija għall-Meżżi tax-Xandir

By |October 10th, 2018|0 Comments

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u l-Għaqda Ġurnalisti Sports jilqgħu b'sodisfazzjon is-sentenza tal-Qorti li kkundannat għal sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin lill-persuna li agrediet ġurnalist. Permezz ta' din is-sentenza, il-Maġistrat Joe Mifsud qed jibgħat messaġġ ċar li l-vjolenza m'għandiex postha fis-soċjeta'; tal-lum, partikolarment vjolenza fuq ġurnalisti li xogħlhom hu li jirraportaw dak li hu ta' interess pubbliku, anke jekk dak li jirrappurtaw jista' ma jintlaqax tajjeb minn sezzjoni tal-pubbliku. L-IĠM u l-GħĠS dejjem insistew u se jibqgħu jinsistu fuq id-dritt fundamentali tal-liberta' tal-espressjoni u jħeġġu lil min jilleġiżla biex jiżdiedu l-pieni għallindividwi li jirrikorru għall-vjolenza, atti vandali jew intimidazzjoni fil-konfront tal-ġurnalisti.

10 10, 2018

Declaration for all media

By |October 10th, 2018|0 Comments

The Institute of Maltese Journalists together with the Malta Sports Journalists Association expressed their approval of the judgement handed out by the Malta Law Courts when they condemned a person to a six month suspended jail sentence after he was found guilty of attacking a journalist. With this ruling, Magistrate Joe Mifsud is sending out a clear message that there is definitely no condoning of violence especially violence towards journalists whose job is to report anything that is of public interest even though sometimes this is not appreciated by certain people. Both the IĠM as well as the GħĠS have always insisted and will continue to do so that freedom of expression is a right we have to defend and take the opportunity to insist that harsher penalties are to be handed out to all individuals that resort to violence, vandalism or intimidation towards journalists.

3 09, 2018

Titħabbar il-mewt tal-eks ġurnalist sportiv Simon Bonello

By |September 3rd, 2018|0 Comments

Il-komunita’ tal-media sportiva tinsab f’luttu hekk kif kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks ġurnalist sportiv u President attwali tal-Federazzjoni Maltija tal-Lotta Simon Bonello. Simon Bonello kien mill-Furjana u miet fl-eta’ ta’ 85 sena. Għal diversi snin hu kien membru fl-Għaqda Ġurnalisti Sport aktar qabel magħrufa bħala Għaqda Kittieba Sport fejn serva bħala Viċi President. Sal-lum huwa kien membru onorarju tal-Għaqda. Huwa kien introduċa l-isport tal-Lotta f’Malta fl-1967 fejn waqqaf il-Federazzjoni sentejn wara pero l-aktar sport li kkontribwixxa għalih fil-qasam tal-ġurnaliżmu sportiv kien dak tat-tiġrijiet taż-żwiemel fejn għal bosta snin kien jirraporta mill-Korsa tal-Marsa u jikteb artikli fuq it-Times u n-Nazzjon, jaġġorna dwar it-tiġrijiet fuq Net TV u saħħansitra kellu programm televiżiv bl-isem ta’ Sulky fuq l-Isports Channel. Barra t-Tiġrijiet taż-Żwiemel u l-Lotta fis-snin 70 kien serva bħala President tal-Federazzjoni tal-Weightlifting, tal-Assoċjazzjoni tal-Bodybuilding u tal-Federazzjoni taċ-Chess. Kien ukoll referee stabbilit tal-Lotta. Għal snin twal kien membru fl-Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti fejn [...]

Go to Top