Laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Onor. Clifton Grima
Proposti mressqa mill-Għaqda Ġurnalisti Sports sabiex il-Gvern jikkunsidra li jimplimenta fil-Budget 2019 li se jitressaq f’Ottubru / Novembru 2018. Il-Gvern għandu immedjatament itella’ s-settur tal-Isport fil-livell ta’ Ministeru sabiex ikun hemm sinjal ċar li issa l-Gvern ma jridx jibqa’ jaħdem biss permezz ta’ politika kontra l-obesita’ u favur l-aċċessibilita’ u taħriġ isusidjat lill-poplu, iżda wasal iż-żmien li jibgħat sinjal li l-Gvern issa jistenna riżultati tanġibbli f’kompetizzjonijiet fuq skala internazzjonali mill-atleti tagħna. Jekk dan ma jkunx possibli fl-immedjat il-Partit fil-Gvern għandu jwiegħed fil-programm elettorali qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss, li l-Isport jitla’ f’livell ta’ Ministeru u ma’ jibqax fuq livell ta’ Segretarjat. Il-Gvern permezz ta’ SportMalta għandu jidentifika bejn 10 u 12 –il Assoċjazzjoni Sportiva hekk meqjusa bħala ‘organizzati tajjeb’ u li l-Isport tagħhom jista’ fil-futur qarib jikseb riżultati tanġibbli fix-xena internazzjonali u jassenjalhom permezz ta’ secondment, persuna [...]