Magħrufa l-finalisti ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali
F’attivitá li saret fil-Cottonera Sports Complex f’Bormla tħabbru l-finalisti ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, b’ħames atleti minn kull kategorija issa jikkontestaw l-unuri finali f’serata li se ssir dan ix-xahar. Dawn il-finalist ġew magħżula b’votazzjoni mill-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Dawn l-Awards se jippremjaw il-kisbiet sportivi matul is-sena 2017. L-Uniku kategorija li se jkollha sitt finalisti hi l-kategorija tal-Isportiv tas-Sena hekk kif żewġ kontestanti ġabu l-istess ammount ta' voti mill-votazzjoni tal-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports waqt l-istadju ta' votazzjoni tas-semi finalisti. Il-finalisti fil-kategorija Żagħżugħa tas-Sena huma Francesca Curmi (Tennis), Francesca Falzon Young (Għawm), Shelby Mangion Vassallo (Weightlifting), Helene Pellicano (Tennis) u Sara Xuereb (Ten Pin Bowling). L-aħħar ħamsa fil-kategorija Żagħżugħ tas-Sena huma Jurgen Balzan (Table Football), Jacob Sciberras (Waterpolo), Kijan Sultana (Squash), Thomas G Woods Jr. (Triathlon) u Edward Xuereb (Ten Pin Bowling). It-Tim tas-sena irid jintgħażel mit-Team Nazzjonali Nisa 'A' 4 x 100m (Atletika), Team Nazzjonali Nisa 'A' (Basketball), Giordmaina Racing [...]