L-Għaqda Ġurnalisti Sports terġa’ torganizza b’suċċess il-Boxing Day Tournament
Ġurnalisti tal-Isport impjegati fil-qasam tal-media, coaches, referees, coaching staff u impjegati tal-MFA it-Tlieta filgħodu iltaqgħu għat-Tournament tradizzjonali li jsir l-għada tal-Milied. Kwadrangulari li jieħdu sehem fih teams iffurmati minn erba' assoċjazzjonijiet, il-Malta Football Coaches Association, il-Malta Footballl Referees Association, il-Malta Football Coaches Association u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. Wara li s-sena l-oħra t-Tournament kien intrebaħ mill-MFA din is-sena r-rebbieħa kienu t-team tal-Malta Football Coaches Association li rebaħ it-tliet logħbiet tiegħu u spiċċa b'massimu ta' 9 punti. Segwew it-teams l-oħra li kollha rebħu logħba waħda u tilfu tnejn. B'kollox intlagħbu sitt logħbiet bit-team tal-coaches rebħu lill MFA 3-0, lil ġurnalisti 4-1 u rebħu wkoll l-aħħar logħba kontra r-referees 2-0. Dan it-Tournament li ilu jkun organizzat għal snin twal mill-Għaqda Ġurnalisti Sports kien beda fis-snin 70 b'logħba tradizzjonali l-għada tal-Milied bejn il-Ġurnalisti tal-isport u r-Referees. L-Għan prinċipali ta' din l-attivita' hi li dawn li jaħdmu madwar il-logħba tal-football ikollhom l-opportunita' li [...]