L-Għaqda Ġurnalisti Sports f’laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat
L-Eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel żjara ta' kortesija lill-Prim Ministru Joseph Muscat f'Kastilja. Id-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalsiti Sports għal din il-laqgħa kienet immexxija minn Sandro Micallef bħala President u minn Mark Mizzi bħala Segretarju Ġenerali. Il-Prim Ministru feraħ lill-Eżekuttiv elett ġdid u awgura li ġurnalisti tal-isport ikomplu jgħinu l-iżvilupp tal-Isport f'pajjiżna. Dr Muscat tenna li l-ġurnalist sportiv għandu rwol importanti speċjalment biex isegwi u jwassal il-parteċipazzjoni u s-suċċessi miksuba mhux biss fuq livell lokali iżda wkoll fuq bażi internazzjonali tal-atleti Maltin. Hu tenna li l-importanza tal-Isport iktar u iktar għaliex huwa mezz ta' kif jgħaqqad il-poplu Malti. Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef min naħa tiegħu rrimarka li l-ġurnalisti tal-isport ħadu nota u evalwaw il-kritika li kienet saret riċentament mill-istess Prim Ministru sabiex ma ssirx dejjem enfażi fuq il-football lokali u r-rapportaġġ ikun iktar estiż fuq sports ieħor ta' dixxiplini li ġeneralment iġiebu suċċess lejn il-pajjiż. Micallef spjega lill-Prim Ministru [...]