L-Għaqda Ġurnalisti Sports preżenti waqt it-80 Kungress tal-AIPS f’Seoul u Pyeonchang
Fi Pyeongchang il-Korea t’Isfel, ġie fi tmiemu t-80 Kungress tal-AIPS l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Media Sportiva. Għal dan il-kungress l-Għaqda Ġurnalisti Sports kienet rapreżentata mill-President Charles Camenzuli u mis-Segretarju Ġenerali Sandro Micallef li taw il-kontribut tagħhom mhux biss fid-diskusjonijiet li saru waqt il-kungress iżda wkoll permezz tal-vot ta’ pajjiżna fil-votazjonijiet li kienu skedati għal dan il-kungress. Filfatt it-80 Kungress tal-AIPS kien jinkludi wkoll l-Assemblea Ġenerali tal-fergħa ewropeja tal-AIPS, jiġifieri l-AIPS Europe li kif kien mistenni fiha nħatar għall-ewwel darba President Malti li se jkun Charles Camenzuli li mistenni jmexxi l-AIPS Europe għal terminu ta’ erba’ snin. […]