Duncan Micallef u Tiziana Carannante jirbħu l-unuri tal-Isportiv u l-Isportiva tas-Sena. John Zammit jirbaħ l-għażla popolari
Is-Sibt filgħaxija saret is-56 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, serata li fiha ġew ippremjati atleti kif ukoll uffiċjali għall-kisbiet tagħhom matul is-sena 2016. Ir-rebbieħa kollha ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li kienu organizzati b’mod konġunt bejn SportMalta, l-Għaqda Ġurnalisti Sports u s-Segretarjat responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport huma dawn: Sportiv tas-Sena: Duncan Micallef (Drag Racing) Sportiva tas-Sena: Tiziana Carannante (Ten Pin Bowling) Żagħżugħ tas-Sena: Ben Plumpton (Waterpolo) Żagħżugħa tasSena: Helene Pellicano (Tennis) Team tas-Sena: Team Nazzjonali Malti tal-Football U21 Uffiċjal tas-Sena: Esther Azzopardi (Football) Kowċ tas-Sena: Silvio Vella (Football) Peoples Choice Award: John Zammit (Ċikliżmu) […]