Messaġġ iebes mill-President fil-konfront ta’ ċertu Assoċjazzjonijiet Sportivi
Messaġġ mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli fl-okkażjoni tas-Serata Finali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali: Kollegi fl-Isport, Is-sena 2015 kienet waħda importanti għall-isport Malta u wisq aktar għall-media tal-isport. Kienet sena li matulha atleti u ufficjali Maltin kejjlu l-kapaċitajiet tagħhom fuq livell internazzjonali bosta minnhom wkoll b’ suċċess . Parteċipazzjoni u suċċess li iżda jkabbru r-responsabilta’ li l-istess atleti għandhom lejn l-assoċjazzjoni rispettiva tagħhom u lejn il-pubbliku sportiv Malti. Meta jasal is-suċċess il-pubbliku sportiv bir-raġun jibqa’ jippretendi aktar. Huwa f’dan il-mument li l-media tal-isport trid tagħraf tħoss il-polz tal-pubbliku. Wasal iż-żmien li nibdew nidentifikaw u nikklassifikaw liema huma dawk ir-riżultati u kompetizzjonijiet li jkun jixirqilhom attenzjoni. L-istess assoċjazzjonijiet għandhom wkoll jimmaturaw. Ma jistax ikun illi wieħed jippretendi rikonoxximent ta’ kull riżultat li għax miksub barra pajjiżna jsir elogju żejjed u meta wieħed iwettaq riċerka jsib li l-kompetizzjoni kienet ta’ livell inferjuri . […]