Ġurnalist Malti magħżul mill-AIPS għall-program Young Reporters
Għall-ewwel darba fl-istorja tal-ġurnaliżmu sportiv Malti, membru tal-Għaqda Ġurnalisti Sports intgħażel mill-Association Internationale de la Press Sportive (AIPS) sabiex jagħmel parti minn grupp ta’ tnax -il ġurnalist żagħżugh fil-progrett tal-AIPS – YOUNG REPORTERS PROGRAMME għall-ewwel edizzjoni tal-EUROPEAN GAMES illi għandhom isiru f’Baku, Ażerbaijan bejn it-12 u t-28 ta’ Ġunju 2015 Il-ġurnalist membru tal-GħĠS li ntgħażel mill-AIPS fost ġurnalisti mill-assocjazzjonijiet affiljati mill-Ewropa huwa STEWART SAID. Il-proġett tal-AIPS jiġbor fih l-ispejjeż kollha fil-perjodu kollu tal-kompetizzjoni bil-ġurnalisti jgħamlu parti minn grupp ta’ ġurnalisti li matul il-kompetizzjoni jipprovdu d-dettalji kollha necessarji lil media internazzjonali permezz tas-sit eletronniku tal-AIPS –www.aipsmedia.com kif wkoll għal publikazzjoni ewlenija AIPS Magazine. […]