Sandro

About Sandro

This author has not yet filled in any details.
So far Sandro has created 187 blog entries.
27 02, 2019

Carmine Tommasone jattendi avveniment organizzat mill-Malta Boxing Federation

By |February 27th, 2019|0 Comments

Il-Boxer Ċampjin tal-Kategorija Featherweight fl-Italja Carmine Tommasone, li kien il-mistieden tal-Għaqda Ġurnalisti Sports fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-Isportivi Nazzjonali, il-Ħadd attenda għall-avveniment tal-Malta Boxing Federation li sar fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin. L-avveniment kien sanzjonat mill-AIBA u preżenti f'Malta kien hawn ukoll il-President tal-MBF Patrick Schaerrer. Il-Boxer Taljan Tommasone kien ippreżentat b'tifkira tal-okkażjoni mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef u mis-Segretarju Organizattiv Antvin Monseigneur bħala ġest ta' ringrazzjament talli aċetta l-istedina ta' SportMalta u l-l-GħĠS li attenda għall-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Min naħa tiegħu Tommasone irregala lill-Għaqda Ġurnalisti Sports l-ingwanti li uża għall-preparazzjoni għall-Olimpijadi ta' Rio 2016, u x-Shorts li bih se jkun qed jiġġieled fis-sena 2019 bil-logo tal-kumpanija Matchroom Sports li hija waħda mill-ikbar kumpaniji ta' promoturi internazzjonali fix-xena tal-Boxing.  

27 02, 2019

Tħabbret il-mewt ta’ Oliver Mizzi, eks ġurnalist u korrispondent ta’ Radju Malta

By |February 27th, 2019|0 Comments

Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta' Oliver Mizzi, eks ġurnalist u korrispondent ta' Radju Malta għal dawn l-aħħar 35 sena. Mizzi kien espert tal-futbol Taljan, mill-Kampjonat tas-Serie A sal-kampjonati ż-żgħar. Oliver Mizzi kien joqgħod il-Mosta u kien partitarju kbir ta' Juventus FC. Huwa kellu 75 sena. L-Għaqda Ġurnalisti Sports twassal il-kondoljanzi lill-familja Mizzi.

26 02, 2019

Riżultat komplut tal-voti tal-Isportivi Nazzjonali

By |February 26th, 2019|0 Comments

Issa li għaddiet is-serata finali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali SportMalta Awards, qed nippublikaw il-voti kollha hekk kif ingħataw fis-semifinali u fil-finali. Fil-fażi tas-semifinali kienu l-ġurnalisti kollha membri fl-Għaqda Ġurnalisti Sport li kellhom id-dritt li jivvutaw fis-seba’ kategoriji li minnhom riedu jintgħażlu ħamsa għall-finali. Intefgħu total ta’ 48 vot fejn vot wieħed fil-kategorija taż-Żagħżugħa kien invalidu. L-aktar ħamsa li ġabu voti f’kull kategorija għaddew għall-fażi tal-finali. Fil-kategorija tal-Isportiva għaddew sitta peress li dawk fil-5 u s-6 post kellhom voti ndaqs. SPORTIV TAS-SENA GATT Rodney (Tiġrijiet taż-Żwiemel) 40 GALEA Brian (Sparar) 38 BEZZINA Isaac (Judo) 33 CARUANA SCICLUNA Justin (Ten Pin Bowling) 28 FARRUGIA STEFAN (Raffa) 28 AQUILINA Charles (Table Football) 20 FARRUGIA Juan (Indoor Rowing) 17 MILLS Christ (Pool) 16 SCHULTEIS Richard (Ibburdjar) 15 CASTALDI Clayton (Chinese 8 Ball) 5   SPORTIVA TAS-SENA ZAMMIT STEVENS Yazmin (Weightlifting) 37 PACE Hanna (Triathlon) 34 WINGFIELD Charlotte (Atletika) 31 XUEREB Sara (Ten Pin Bowling) 31 [...]

22 02, 2019

Carmine Tommasone mistieden waqt l-Għażliet Sportivi Nazzjonali 

By |February 22nd, 2019|0 Comments

Hekk kif nhar is-Sibt se tkun organizzata d-59 edizzjoni ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, l-kumitat Organizattiv bi pjaċir iħabbar li ċ-ċampjin Taljan tal-Boxing fil-kategorija Lightwieght u ċampjin Interkontinentali tal-WBA Carmine Tommasone se jkun il-mistieden speċjali waqt is-serata. Tommasone twieled f’Avellino l-Italja fit-30 ta’ Marzu 1984. Hu beda l-karriera fil-boxing fis-sena 2010 fejn kellu l-unur li jirrapreżenta l-Italja fil-kategorija Lightweight fl-Olimpjadi tal-2016 li saru f’Rio De Janeiro l-Brażil. Tommasone għandu rekord impressjonanti fil-livell Amateur u meta qaleb għall-kategorija 'Professional' sa issa għandu xejn inqas minn għoxrin ġlieda li minnhom rebaħ dsatax -il konfront, ħamsa minnhom b’Knock Out kontra l-avversarji tiegħu. Ġimgħa ilu hu ġġieled għat-Titlu tal-WBO iżda tilef kontra ċ-ċampjin attwali u holder taċ-ċintorin Oscar Valdez mill-Messiku. L-avveniment SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se jixxandar dirett fuq TVM2 u Facebook live nhar is-Sibt mis-7.30pm 'il quddiem. Filmati mil-links hawn taħt: https://www.youtube.com/watch?v=xy1TUo98PlU https://www.youtube.com/watch?v=qOR_Pvy9OdA

Go to Top