Laqgħa kordjali mad-diriġenti tal-PBS
L-Għaqda Ġurnalisti Sports l-entita’ lokali li tirrapreżenta lill-ġurnalisti, reporters u kummentaturi tal-Isports kellha laqgħa fil-jiem li għaddew mal-għola diriġenti tal-Public Broadcasting Services. Għal din il-laqgħa id-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sports immexxija mill-President Charles Camenzuli iltaqgħet maċ-Chairman tal-PBS Dr. Tonio Portughese, mal-Kap Eżekuttiv is-Sur Anton Attard u mal-Manager Sports is-Sur Peter Cossai. F’din il-laqgħa ġew diskussi diversi materji fosthom id-deċiżjoni li ħadet il-PBS li xxandar il-kummentarji tal-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja 2014 bil-kummentarju bl-ingliż. Filwaqt li ż-żewġ naħat iċċaraw il-pożizzjoni rispettiva tagħhom fuq din id-deċizjoni ġie maqbul li ż-żewġ naħat jikkolaboraw ma’ xulxin fil-futur bil-għan li jiġi ssalvagwardjat ix-xogħol siewi u professjonali li jsir mill-maġġoranza tal-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Il-PBS għarfet lill-GħĠS li l-kumpanija se taghti spazju kbir lill-ġurnalisti sportivi lokali biex jieħdu sehem fil-ħafna programmi ta’ diskussjoni u analiżi dwar il-logħob tat-Tazza tad-Dinja matul il-kompetizzjoni. […]