Sandro

About Sandro

This author has not yet filled in any details.
So far Sandro has created 187 blog entries.
27 12, 2013

It-Timijiet tal-MFCA u tal-MFA jirbħu t-tournament ta’ Boxing Day

By |December 27th, 2013|0 Comments

It-Tournament tal-football tradizzjonali ta’ Boxing Day organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports din is-sena ntrebaħ minn żewġ timijiet: l-MFCA u l-MFA, dan wara li ż-żewġ timijiet spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti fi tmiem dan it-Tournament bejn erba’ timijiet. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja ta’ dan it-Tournament li ilu jsir mis-snin 80′ li żewġ timijiet spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti. […]

23 12, 2013

Jitħabbru s-Semi Finalisti tal-Għażliet Isportivi Nazzjonali

By |December 23rd, 2013|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports illum ħabbret is-semi finalisti fil-kategoriji kollha tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Dan l-avveniment ilu jsir mill-1970 u l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun il-53 -il edizzjoni ta’ dawn l-Għażliet Sportivi Nazzjonali. L-edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jippremjaw lill-atleti u uffiċjali għal kisbiet tagħhom matul is-sena 2013 se ssir il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar 2014. […]

21 12, 2013

Jittelgħu l-Poloz tat-Tournament tradizzjonali ta’ Boxing Day

By |December 21st, 2013|0 Comments

Fil-kwartieri ġenerali tal-MFA illum ittellgħu l-poloz tal-logħbiet tat-Tournament tradizzjonali ta’ Boxing Day li jiġi organizzat kull sena. Fl-ewwel logħba it-team iffurmat mill-ġurnalisti tal-Isport se jkun qed jilgħab kontra t-team iffurmat mill-impjegati tal-MFA. Għalkemm dan it-Tournament jiġi organizzat fuq inizjattiva tal-Għaqda Ġurnalisti Sports it-tliet assoċjazzjonijiet l-oħra jiġifieri l-MFA, l-MFRA (Malta Football Referees Association) u l-MFCA (Malta Football Coaches Association) jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom sabiex tinzamm it-tradizzjoni li dan it-Tournament jibqa’ jiġi organizzat min sena għal sena hekk kif ilu jsir sa mis-snin 80′. […]

11 12, 2013

Mhux sew li l-kummentaturi jintefgħu kollha f’keffa waħda

By |December 11th, 2013|0 Comments

Mhux sew li l-kummentaturi jintefgħu kollha f’keffa waħda L-Għaqda Ġurnalisti Sports bħala l-għaqda ewlenija li tħares id-drittitijiet tal-ġurnaisti tal-isport f’pajjiżna tagħmel referenza għad-deċizjoni tal-Public  Broadcasting Services – PBS li se tkun qed ixxandar il-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja 2014 bil-kummentarji bil-lingwa Ingliża u għall-kummenti li segwew fuq il-media lokali minn diversi nies li kkritikaw din id-deċizjoni jew ikkritikaw lill-kummentaturi Maltin li fil-passat għamlu kummentarji ta’ partiti bil-Malti fuq il-PBS. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tixtieq turi s-solidarjeta’ tagħha ma’ dawk il-ġurnalisti u kummentaturi sportivi li kkumentaw logħbiet bil-Malti fuq il-PBS u li kellhom aspirazzji u kienu ħerqana li jikkumentaw il-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja 2014 u ħassewhom iddiżappuntati b’din id-deċizjoni. Minkejja dan, l-GħĠS tifhem u tirrispetta d-deċizjoni tal-PBS u tieħu din l-okkazzjoni sabiex tirringrazzja lill-istazzjon nazzjonali talli għall-edizzjoni oħra se jerġa’ jkun qed iwassal fid-djar tal-Maltin il-logħbiet kollha tat-Tazza tad-Dinja mingħajr ħlas. […]

Go to Top