Jitħabbru l-Finalisti tal-iSportMalta Awards – L-Għażliet Sportivi Nazzjonali
Dalgħodu waqt ċerimonja li saret fil-Forti Sant’Anġlu l-Birgu, s-semi finalisti ta’ l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ġew ippreżentati b’ċertifikat kommemorattiv. Dan sar fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Għaż-Żagħżagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onor Clifton Grima kif ukoll il-Kumitat Organizzativ ta’ dan l-avveniment kompost mill-Għaqda Ġurnalisti Sport u SportMalta liema kumitat huwa iċċerjat mill-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar. Matul din iċ-ċerimonja ġew imħabbra wkoll il-finalisti tas-seba’ kategoriji li l-ġurija ser tkun qed tivvota għalihom matul is-serata ta’ premjazzjoni li ser issir nhar is-Sibt 23 ta’ Frar fil-lukanda Hilton u li ser tkun qed tixxandar dirett fuq TVM2 bit-trażmissjoni tibda fis-7:30 pm Barra dawn is-seba’ kategoriji matul is-serata ser isiru ħames preżentazzjonijiet oħra fosthom dik tal-People’s Choice Award li l-finalisti ta’ din il-kategorija wkoll ġew imħabbra dalgħodu sabiex issa l-pubbliku jista jagħti l-preferenza tiegħu billi jidħol fuq il-facebook page BeActive – SportMalta. Il-voti tal-pubbliku jingħaqdu ma’ dawk ta’ l-Assoċjazzjonijiet u l-ġurija sabiex fis-serata jitħabbar ir-rebbieħ [...]