L-Għaqda Ġurnalisti Sports terġa’ torganizza b’suċċess il-Boxing Day Tournament
Jerġgħu jirbħu l-edizzjoni ta' din is-sena l-MFCA, l-GħĠS runners up għall-ewwel darba Ġurnalisti tal-Isport u esponenti fil-qasam tal-media, coaches, referees, coaching staff u impjegati tal-MFA l-Erbgħa filgħodu ltaqgħu għat-Tournament tradizzjonali tal-football 8 a side li jsir l-għada tal-Milied. Kwadrangulari li jieħdu sehem fih teams iffurmati minn erba' assoċjazzjonijiet, il-Malta Football Coaches Association, il-Malta Football Referees Association, il-Malta Football Coaches Association u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. It-Tournament li għalih attendiet ukoll għal xi ħin il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca ntrebaħ għat-tieni sena konsekuttiva mill-MFCA bit-team tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jispċċa bħala runner up waħdu għall-ewwel darba. Din l-attivita' ilha tkun organizzata għal snin twal mill-Għaqda Ġurnalisti Sports. Kien fis-sena 1975 li saret l-ewwel logħba l-għada tal-Milied bejn il-Ġurnalisti tal-isport u r-Referees. Fl-aħħar tmien snin bdew ikunu mistedna jipparteċipaw il-kowċis u l-istaff tal-MFA. L-Għan prinċipali ta' din l-attivita' hi li dawk li jaħdmu madwar il-logħba tal-football ikollhom l-opportunita' li jiltaqgħu darba f'sena [...]