Bianca Shoemake u Nico Sciberras jirbħu l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar ta’ Mejju 2024
Bianca Shoemake (Hammer Throw - Atletika) u Nico Sciberras (Trap – Sparar) huma r-rebbieħa tal-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Mejju 2024. L-atleta Bianca Shoemake, li għandha 16-il sena, kisbet kwalifikazzjoni diretta għall-Kampjonati Ewropej tal-Atletika ta’ taħt it-18-il sena fil-hammer throw wara prestazzjoni mill-aqwa fiċ-Challenge Meeting ta’ Athletics Malta, miftuħ għall-atleti żgħażagħ. Hija kisbet dan ir-riżultat wara tefa' ta’ 58.51 metri, li jfisser rekord nazzjonali fil-kategorija tagħha biex kisbet id-dritt li tikkompeti fil-Kampjonati Ewropej ta’ taħt it-18-il sena, li se jsiru f’Banska Bystrica fl-Islovakkja, fis-Sajf li ġej. Min-naħa l-oħra Nico Sciberras, li għandu 20 sena, rebaħ il-midalja tal-fidda fit-Trap Men Junior Event fil-European Championship Shotgun Events li saru f’Lonato del Garda, fl-Italja. Din kienet l-ewwel darba li atleta Malti tat-Trap Junior irnexxielu jirbaħ midalja f’Kampjonat Kontinentali. Il-preżentazzjoni tal-unuri tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tax-Xahar saret minn Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta' Atlas Insurance. F’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm preżenti [...]