L-Għaqda Ġurnalisti Sport preżenti fis-86 Kungress tal-AIPS
Din il-ġimgħa fil-belt ta' Santa Susanna fi Spanja sar is-86 Kungress tal-AIPS fejn ġie ċċelebrat wkoll iċ-Ċentinarju tal-AIPS sa mit-twaqqif ta' din l-Assoċjazzjoni tal-Media Sportiva lura fis-sena 1924. Tul il-Kungress saru diversi preżentazzjonijiet lir-rappreżentanti tal-media minn madwar id-Dinja minn ħafna Federazzjonijiet Internazzjonali fejn ingħataw l-aħħar dettalji dwar il-kompetizzjonijiet li hemm ippjanati fix-xhur li ġejjin. Fost dawn, kien hemm preżentazzjonijiet mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fejn ingħataw l-aħħar dettalji dawar l-Olimpijadi ta' Pariġi 2024, il-UEFA li tat l-aħħar aġġornament dwar il-format il-ġdid tal-kompetizzjonijiet tal-UCL, UEL u UECL kif wkoll il-European Athletics fejn dawn qed iħejju għall-kampjonat Ewropew tas-sena 2024 li se jsir f'Ġunju f'Ruma. Preżentazzjonijiet oħra saru mill-UNESCO, mill-FISU, mill-IFBB, Special Olympics, u mill-Erasmus. Il-Kungress kien indirizzat b'mod interattiv wkoll mill-President tal-FIFA Gianni Infantino u mill-President tal-Federazzjoni Afrikana tal-Football il-CAF Patrice Motsepe. Tul il-Kungress saret wkoll l-edizzjoni ta' din is-sena tal-AIPS Awards fejn ġew ippremjati l-aħjar xogħolijiet ġurnalistiċi sportivi li kienu ppublikati [...]