Tinfetaħ il-Votazzjoni Pubblika għall-People’s Choice Award tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport bi pjaċir iħabbar li l-votazzjoni tal-pubbliku għall-kategorija tal-People’s Choice Awards fil-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali hija miftuħa. Il-pubbliku ġenerali għandu 15-il ġurnata sas-SIbt l-1 ta’ Marzu 2025 f’nofsinhar sabiex jivvota. Għal darb’oħra, dan l-unur se jkun b’100% votazzjoni bl-SMS fuq in-numri li ġejjin: NEIL AGIUS (GĦAWM OPEN WATER) 5061 5031 SAM CASSAR (BADMINTON) 5061 5032 JAKE CASTALDI (POOL) - 5061 5033 GIANLUCA CHETCUTI (SPARAR TRAP) - 5061 5034 BRIAN CINI (SNOOKER) - 5061 5035 BRYAN CORLETT (RUGBY FOOTBALL UNION) - 5061 5036 RODNEY GATT (TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL) - 5061 5037 KAYDEN LAGANÀ (BOWLING) - 5061 5038 FABIO SPITERI (TRIATHLON) - 5061 5039 TENISHIA THORNTON (WEIGHTLIFTING) - 5061 5040 Il-pubbliku jista’ jivvota kemm-il darba jrid b’kull SMS jiswa’ €0.58 ċenteżmu inkluż il-VAT. Is-serata finali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt l-1 ta’ Marzu fil-Lukanda Westin Dragonara f’San Ġiljan u se tiġi trasmessa b’mod dirett fuq [...]