Magħrufa s-semifinalisti li minnhom se jintagħżlu l-finalisti tat-63 edizzjoni ta’ SportMalta Awards L-Għażliet Sportivi Nazzjonali
Lejn it-tmiem is-sena 2022, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports ħabbar li l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-iSportMalta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali se terġa tkun organizzata b’mod konġunt minn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS). L-assoċjazjonijiet u l-federazzjonjiet sportivi ġew mitluba li jissottomettu n-nominazzjonijiet tagħhom f’dawn il-kategoriji - Sportiv u Sportiva, Żagħżugħ u Żagħżugħa, Kowċ, Uffiċjal u t-Tim tas-Sena. Dawn in-nominazzjonijiet ġew milqugħa sas-16 ta’ Jannar li għadda u ġew kollha skrutinati mill-Kumitat Organizzattiv u eventwalment tnaqqsu għal-lista tas-semifinalisti kif jidhru hawn taħt: SPORTIV TAS-SENA Anastasi Mauro (Ten Pin Bowling) Bezzina Isaac (Judo) Calleja Cliferty (Horse Racing) Farrugia Kurt (Paralympics) Galea Keith (Triathlon) Galea Luke (Karate) Giordimaina Gary (Lotta) Grech Dejan (Eight Ball Pool) Tanti Jake (Water Polo) Zammit Jeremy (Athletics Long Jump) SPORTIVA TAS-SENA Borg Ella (Gymnastics) Cassar Selma (Jiu-Jitsu) Clark Francesca (Badminton) Curmi Francesca (Tennis) Esposito Katryna (Judo) Richard Janet (Athletics) Scerri Michela (Taekwondo) Sultana Colette (Squash) Swift Melissa [...]