Maltco Lotteries tippreżenta għajnuna finanzjarja lir-Rebbieħa tal-iSportMalta Awards għad-disa’ sena konsekuttiva
Il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru 2021 - Maltco Lotteries kompliet turi l-apprezzament tagħha lejn it-talent lokali billi ppremjat b’għajnuna finanzjarja lir-rebbieħa tal-iSportMalta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali. Din hija d-disa’ sena konsekuttiva li l-operatur tal-Lotteija Nazzjonali qed joħroġ b’din l-inizjattiva. L-atleti lokali kienu ġew ippremjati fil-kategoriji rispettivi tagħhom fit-13 ta’ Marzu li għadda waqt l-iSportMalta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali organizzati minn SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Is-sapport kontinwu li tagħti l-kumpanija Maltco Lotteries ġie affermat mis-CEO, Vasileios Kasiotakis. “L-isport huwa pilastru ewlieni fil-programm ta’ matul is-sena u bħala kumpanija nħossuna kommessi u kburin li nissaportjaw dan l-avveniment prestiġġjuż. L-għajnuna finanzjarja mogħtija direttament lir-rebbieħa hija l-konferma li Maltco Lotteries huwa mpenjat lejn l-isport lokali u jinkoragixxi u jinċentiva lil dawn l-atleti rebbieħa biex jimxu l-quddiem fil-karriera sportiva tagħhom.” Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, Sandro Micallef irringrazzja lil Maltco Lotteries għas-sapport kontinwu tagħhom mhux biss fl-iSportMalta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali imma għas-sehem [...]