Imħabbra l-finalisti tal-iSportMalta Awards – L-Għażliet Sportivi Nazzjonali
Dalgħodu fil-Mużew Marittimu l-Birgu tħabbru l-finalisti tal-iSportMalta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Ħames finalisti f’kull kategorija barra fit-tim tas-sena fejn ħa jkunu sitta peress li kien hemm żewġ finalisti li ġabu l-istess ammont ta’ punti wara l-votazzjoni tal-ġurnalisti. Dan it-tħabbir sar waqt iċ-ċerimonja ta’ l-ogħti taċ-ċertifikati lis-semi finalisti tat-tmien kategoriji. Din iċ-ċerimonja kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Għaż-Żagħżagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onorevoli Clifton Grima, iċ-Chairman ta’ SportMalta Dr Lucjano Busuttil u l-President ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef. FINALISTI KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA MYA AZZOPARDI – GĦAWM SARAH CHOUHAL – ATLETIKA FRANCESCA CURMI – TENNIS HELENE PELLICANO – TENNIS TENISHIA THORNTON – WEIGHTLIFTING FINALISTI KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA KAYDEN LAGANA – TEN PIN BOWLING JAKE MUSCAT – WATERPOLO NICO SCIBERRAS – SPARAR RICHARD SCHULTHEIS – IBBURDJAR JEREMY ZAMMIT – ATLETIKA IL-FINALISTI KATEGORIJA UFFIĊJAL TAS-SENA JULIAN BAJADA – SPORT PARALIMPIKU TERRY CAMILLERI - SNOOKER JOE CARUANA CURRAN – WATERPOLO BERNARD VASSALLO – BASKETBALL JOHN [...]