Imnedija s-60 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali
Fit-22 ta’ Frar SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports se jorganizzaw is-60 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun waħda speċjali għaliex hija s-60 edizzjoni mill-ewwel edizzjoni li kienet imnedija mill-mibki ġurnalist tal-isport Benny Pace. Is-Segretarju Parlamentari Għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima qal li permezz ta’ dan l-avveniment annwali ikunu jistgħu jiġu apprezzati s-suċċessi miksuba matul is-sena. Huwa saħaq li l-investiment li qed jagħmel il-gvern fl-isport qed iħalli l-frott tiegħu. “Dan huwa gvern li sena wara sena dejjem qed jagħti iktar fondi mhux biss lill-Kumitat Olimpiku Malti iżda anke assistenzi permezz ta’ SportMalta f’diversi skemi tagħha. Il-gvern jinsab kommess li anke għas-snin li ġejjin ser ikompli jinvesti fl-isport u mhux biss ser inkomplu intejjbu il-faċilitajiet sportivi, iżda li naraw li l-istrateġija Nazzjonali għall-Isport tkun implementata bl-aħjar mod possibli,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Grima. Il-Kap Eżekuttiv ta` SportMalta Mark Cutajar qal li huwa ta` pjaċir għall-entita’ li [...]