Għażliet Sportivi Nazzjonali

6 01, 2020

SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali: 60 sena ta’ storja u impenn lejn l-isport Malti

By |January 6th, 2020|0 Comments

Fit-22 ta’ Frar SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkunu qed jorganizzaw flimkien edizzjoni oħra tal-Isportivi Nazzjonali. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun waħda speċjali hekk kif se tkun is-60 edizzjoni mill-ewwel edizzjoni imnhedija mill-mibki ġurnalist tal-isport Benny Pace li kien organizza fuq bażi individwali  permezz tal-ġurnal The Sporting Star bl-ewwel edizzjoni tal-Isportiv tas-Sena tkun  dik tal-1960. Dakinhar ir-rebbieħ kien Wilfred Pirotta li kien jipprattika l-isport tal-ispearfishing (sajd taħt wiċċ il-baħar bin-nifs). Benny Pace baqa’ jorganizza b’suċċess dan il-konkors li kellu format ferm differenti min kif nafuh illum sal-edizzjoni tal-1977 fejn fl-aħħar seba’ snin bejn l-1970 u l-1977 kienu jsiru żewġ għażliet fi żmien ġimgħa. Dan seħħ wara li fl-1970 saret l-ewwel edizzjoni tal-Għaqda Kittieba Sports. Fl-ewwel erba’ edizzjonijiet (1960,1961, 1962 u 1963) Pace kien jippremja biss lill-Isportiv tas-sena u kien biss fil-ħames edizzjoni tal-1964 li introduċa l-unur tal-iSportiva tas-sena dakinhar mirbuħ minn Joan Galea Naudi li kienet ġejja mid-dixxiplina [...]

14 08, 2019

Maltco Lotteries ippreżentat għajnuna finanzjarja lir-Rebbieħa ta’ SportMaltaAwards ta’ din is-sena.

By |August 14th, 2019|0 Comments

L-Erbgħa 7 ta’ Awwissu 2019 Maltco Lotteries ippreżentat għajnuna finanzjarja lir-rebbieħa ta’ SportMalta Għażliet Sportivi Nazzjonali. Dawn l-atleti ngħataw it-titlu rispettiv tagħhom fi Frar li għadda għall-kisbiet tagħhom fl-2018 waqt l-avveniment SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li ġie organizzat minn SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sportivi. Maltco Lotteries ilha tappoġġja dan l-avveniment għal diversi snin. "Minbarra li l-kumpanija hi waħda mill-isponsors ewlenin tal-avveniment SportMalta Awards li jittella’ ta’ kull sena, Maltco tipprovdi wkoll lir-rebbieħa b’għajnuna finanzjarja bħala inkoraġġiment u inċentiv biex dawn ikomplu javvanzaw fil-karriera sportiva tagħhom" afferma l-Kap Eżekuttiv tal-Maltco Lotteries, isSur Vasileios Kasiotakis. Is-Sur Sandro Micallef, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports irringrazzja lill-Maltco Lotteries għall-appoġġ kontinwu mhux biss lejn SportMalta Għażliet Sportivi Nazzjonali, iżda wkoll għallappoġġ kontinwu favur l-iżvilupp tal-isport f’Malta. Is-Sur Micallef irrimarka li t-tħejjijiet għalledizzjoni 2020 ta’ SportMalta Awards diġà bdew. Din se tkun edizzjoni speċjali hekk kif se jaħbat is-60 Anniversarju mill-ewwel edizzjoni tal-Sportiv tas-Sena li ġiet [...]

Go to Top