Għażliet Sportivi Nazzjonali

18 02, 2019

SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali – Certificates Presentation and Announcement of Finalists (16th Feb 2019 at Fort St. Angelo) – 59th edition

By |February 18th, 2019|0 Comments

17 02, 2019

SportMalta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali – Presentation of Certificates (16 February 2019) – 59th edition

By |February 17th, 2019|0 Comments

16 02, 2019

Jitħabbru l-Finalisti tal-iSportMalta Awards – L-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 16th, 2019|0 Comments

Dalgħodu waqt ċerimonja li saret fil-Forti Sant’Anġlu l-Birgu, s-semi finalisti ta’ l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ġew ippreżentati b’ċertifikat kommemorattiv. Dan sar fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Għaż-Żagħżagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onor Clifton Grima kif ukoll il-Kumitat Organizzativ ta’ dan l-avveniment kompost mill-Għaqda Ġurnalisti Sport u SportMalta liema kumitat huwa iċċerjat mill-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar. Matul din iċ-ċerimonja ġew imħabbra wkoll il-finalisti tas-seba’ kategoriji li l-ġurija ser tkun qed tivvota għalihom matul is-serata ta’ premjazzjoni li ser issir nhar is-Sibt 23 ta’ Frar fil-lukanda Hilton u li ser tkun qed tixxandar dirett fuq TVM2 bit-trażmissjoni tibda fis-7:30 pm Barra dawn is-seba’ kategoriji matul is-serata ser isiru ħames preżentazzjonijiet oħra fosthom dik tal-People’s Choice Award li l-finalisti ta’ din il-kategorija wkoll ġew imħabbra dalgħodu sabiex issa l-pubbliku jista jagħti l-preferenza tiegħu billi jidħol fuq il-facebook page BeActive – SportMalta. Il-voti tal-pubbliku jingħaqdu ma’ dawk ta’ l-Assoċjazzjonijiet u l-ġurija sabiex fis-serata jitħabbar ir-rebbieħ [...]

30 01, 2019

Il-Profili tas-Semifinalisti tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |January 30th, 2019|0 Comments

Nota Importanti: Dawn il-profili huma biss indikazzjoni ta’ riżultati u mhux neċessarjament jirriflettu r-riżultati kollha miksuba mill-atleti u uffiċjali matul is-sena 2018. SPORTIV TAS-SENA  AQUILINA Charles - Table Football Rebaħ it-Tazza tad-Dinja fil-kategorija tal-Veterani. Rebaħ bosta tournaments internazzjonali oħra. BEZZINA Isaac - Judo Rebbieħ tal-midalja tal-fidda fil-logħob tal-Commonwealth fil-kategorija 90 kilogramma. CARUANA SCICLUNA Justin - Ten Pin Bowling Rebbieħ ta’ tliet midalji fil-loghob tal-Mediterran. CASTALDI Clayton - Chinese 8 Ball Ikkompeta għall-ewwel darba fil-kompetizzjoni Chinese 8 ball fir-Renju Unit u spiċċa fit-tielet post. FARRUGIA Juan - Indoor Rowing Rebbieħ tal-midalja tad-deheb fil-500 metru fil-British Open Indoor Rowing Championship ghat-tielet sena konsekuttiva. FARRUGIA Stefan - Raffa Rebbieħ tal-midalja tal-bronż fil-Loghob tal-Mediterran. GALEA Brian - Sparar Trap Rebbieħ tal-midalja tal-Bronż fil-logħob tal-Commonwealth li saru fl-Awstralja. GATT Rodney – Tiġrijiet taż-Żwiemel Rebaħ tiġrija fil-kampjonati Ewropej u spiċċa fis-sitt post overall fl-istess kampjonat biex b’hekk ikwalifika għall-kampjonati tad-dinja għalġerejja professjonali. MILLS Christ - Pool Rebbieħ tal-Kampjonat tad-dinja kemm fl-individwali kif ukoll fit-timijiet fil-kategorija over 50’s.  Rebaħ ukoll il-Masters tournament li saru fl-Ingilterra. SCHULTEIS Richard - Ibburdjar Rebaħ f’ħafna tiġrijiet optimist li ħa sehem fihom fosthom [...]

Go to Top