Għada ssir l-64 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali
Ninsabu ftit sigħat biss 'il bogħod mill-edizzjoni ta' din is-sena tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali organizzati mill-Għaqda Ġurnalisti Sports. Fil-fatt, għada s-Sibt se ssir l-64 edizzjoni li se tkun qed tixxandar diretta fuq TVMSport+ mit-tmienja ta' filgħaxija 'il quddiem. Għal din is-sena se jingħataw b'kollox 12 -il unur li huma: Sportiv tas-Sena Sportiva tas-Sena Żagħżugħ tas-Sena Żagħżugħa tas-Sena Uffiċjal tas-Sena Kowċ tas-Sena Tim tas-Sena People’s Choice Award li din is-sena huwa b'100% sms televoting li jagħlaq għada s-Sibt f'nofsinhar Avveniment Internazzjonali tas-Sena li seħħ f'Malta u żewġ rikonoxximent lill-Atleti ta’ Special Olympics Sport for Social Change Award, li huwa unur ġdid li beda jingħata minn din l-edizzjoni Fis-serata mistennija jiddaħħlu żewġ membri ġodda fil-Hall of Fame tal-Għaqda Ġurnalisti Sport, lill-żewġ ġurnalisti sportivi li taw kontribut kbir tul is-snin. Is-serata tibda permezz ta' xandira diretta mid-Dragonara Point Ballroom tal-Lukanda Westin Dragonara b'intervisti mir-Red Carpet immexxija minn Chris Falzon u Lorraine Cunningham. Il-preżentazzjoni [...]