Imħabbra l-finalisti tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali
Kienu evidenti l-mumenti ta’ tensjoni imħallta ma’ dawk ta’ ferħ u sodisfazzjon fost l-atleti lokali waqt it-tħabbira tal-ħames finalisti tal-kategoriji prinċipali tal-64 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali, li saret nhar it-Tlieta filgħaxija. B’kollox huma 36 individwi li għamluha għas-serata finali li se ssir nhar is-SIbt 2 ta’ Marzu. It-tħabbira tal-finalisti saret fis-Sala Prinċipali tal-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport fi ħdan l-Università ta' Malta u s-semifinalisti kollha ngħataw ċetrifkat ta’ tifkira. Din iċ-ċerimonja, li kellha xandira diretta fuq il-midja soċjali, kellha wkoll diskorsi mis-Segretarju Permanenti għall-Ministeru tal-Edukazzjoni , Sport, Żgħażagħ, Riċerka u l-Innovazzjoni Matthew Vella, kif ukoll mingħand Sandro Micallef u Lorraine Cunningham, President u Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sport (GħĠS) rispettivament. L-64 edizzjoni tal-Għazliet Sportivi Nazzjonali li se ssir nhar is-Sibt 2 ta’ Marzu se tkun imxandra dirett fuq TVMSport+ u l-midja soċjali tal-GħĠS. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tixtieq tirringrazzja lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, National Lottery, Atlas Insurance, [...]