Magħrufa s-Semifinalisti tal-64 Edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali
Lejn it-tmiem is-sena 2023, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports ħabbar li l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali se tkun organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS). L-assoċjazjonijiet u l-federazzjonjiet sportivi ġew mitluba li jissottomettu n-nominazzjonijiet tagħhom f’dawn il-kategoriji – Sportiv u Sportiva, Żagħżugħ u Żagħżugħa, Kowċ, Uffiċjal u t-Tim tas-Sena. Dawn in-nominazzjonijiet ġew milqugħa sat-12 ta’ Jannar li għadda ġew kollha evalwati u eventwalment tnaqqsu għal-lista tas-semifinalisti kif jidhru hawn taħt: SPORTIV TAS-SENA Marlon Attard (Skeet Shooting) Clayton Castaldi (Pool) Clive Farrugia (Skeet Shooting) Jordan Gusman (Athletics) Steven Muscat (Blackball) Jean Claude Pace (Horse Racing) Giancarlo Sammut (Futsal) Richard Schultheis (Sailing) Brent Spiteri (Kickboxing) Teddy Teuma (Football) SPORTIVA TAS-SENA Sue Abela (Bowling) Eleanor Bezzina (Air Pistol Shooting) Haley Bugeja (Football) Francesca Curmi (Tennis) Philippa Busuttil (Gymnastics) Gail Diacono (Boxing) Katryna Esposito (Judo) Janet Richard (Athletics) Colette Sultana (Squash) Tenishia Thornton (Weightlifting) ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA Kai Azzopardi (Triathlon) Liam Daly (Triathlon) Rylee [...]