Awards

10 07, 2021

Jingħataw it-trofej tal-Isportiv u l-Isportiva tas-Sena

By |July 10th, 2021|0 Comments

Fil-Berġa ta’ Kastilja, fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela, tas-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima, kif ukoll ta’ parti mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, ingħataw it-trofej lill-plejer tal-Eightball Pool Dejan Grech bħala r-rebbieħ tal-Isportiv tas-Sena, u lill-plejer internazzjonali tal-Futbol Haley Bugeja bħala l-Isportiva tas-Sena. Dan hekk kif il-61 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali ma setgħetx issir bħas-soltu, fil-preżenza ta’ bosta sportivi, minħabba l-Covid-19. Il-Prim Ministru Robert Abela ppreżenta t-trofej liż-żewġ sportivi u qal li dan l-unur jixhed l-impenn, il-professjonalità, u s-sagrifiċċju li jagħmlu ta’ kuljum. Saħaq li huma ta’ eżempju għal tfal u żgħażagħ oħra, li permezz tal-perseveranza u d-determinazzjoni tagħhom qed jagħmlu unur mhux biss għalihom iżda għal pajjiżna. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li permezz ta’ dan l-avveniment annwali jkunu jistgħu jiġu apprezzati s-suċċessi miksuba matul is-sena li għaddiet. Huwa saħaq li d-deċiżjoni li dan l-avveniment isir fuq skala iżgħar ittieħdet b’rispett [...]

5 07, 2021

Presentation to Winners of the SportMalta Awards L-Għażliet Sportivi Nazzjonali (30/6/21) – 61st edition

By |July 5th, 2021|0 Comments

5 07, 2021

The winners of the 61st edition of the SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali finally get hand on coveted trophies

By |July 5th, 2021|0 Comments

Recently some of the winners of the 61st edition of the SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali could get hand on the coveted trophies. The presentation was held in presence of the last edition’s sponsors at the Malta Sports Journalists Association’s office. The 61st edition was a unique one due to the Covid19 pandemic situation, with a virtual ceremony thus without finalists and guests. The follwing trophies were given: Sports Team of the Year – MALTA NATIONAL FEMALE FOOTBALL TEAM (Football) Sports Coach of the Year – DEVIS MANGIA (National Men Football Team Coach) Sports Official of the Year – JOSEPH MUSCAT (General Secretary Malta Basketball Association) People’s Choice Award  - MARK MARLOW (President Malta Employees Sport Association) Special Olympics Male Athlete Award – MARK SERGE (Ten Pin Bowling) Special Olympics Female Athlete Award – KLARA ZAMMIT (Open Water Swimming). The following remaining winners will be invited in other seperate presentations: [...]

5 07, 2021

Bdew jitqassmu t-trofej lir-rebbieħa tal-61 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |July 5th, 2021|0 Comments

Ftit tal-ġranet ilu, uħud mir-rebbieħa tal-61 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, flimkien mal-isponsors, ġew mitluba jattendu għall-preżentazzjoni qasira fl-uffiċju tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Is-serata finali li kienet saret nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu, ma setgħetx issir bħas-soltu fil-preżenza ta’ dawk kollha involuti u ma setgħux jingħataw it-trofej lir-rebbieħa. L-unuri mqassma kienu: Tim tas-Sena – TIM NAZZJONALI TAL-FUTBOL TAN-NISA (Futbol) Kowċ tas-Sena – DEVIS MANGIA (Coach Tim Nazzjonali tal-Futbol Irġiel) Uffiċjal tas-Sena – JOSEPH MUSCAT (Segretarju Ġenerali Malta Basketball Association) People’s Choice Award – MARK MARLOW (President Malta Employers Sport Association) Unur Special Olympics Atleta Maskili – MARK SERGE (Ten Pin Bowling) Unur Special Olympics Atleta Femminili – KLARA ZAMMIT (Għawm). Fil-ġranet li ġejjin se jsiru preżentazzjonijiet oħra għall-kumplament tar-rebbieħa li huma: L-Isportiv tas-Sena – DEJAN GRECH (Eight Ball Pool) L-Isportiva tas-Sena – HALEY BUGEJA Iż-Żagħżugħ tas-Sena – RICHARD SCHULTHEIS (Ibburdjar) Iż-Żagħżugħa tas-Sena – TENISHIA THORNTON (Weightlifting) L-Avveniment Internazzjonali tas-Sena – [...]

Go to Top