Awards

12 03, 2021

Il-61 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali se tkun qed titella’ għada s-Sibt 13 ta’ Marzu 2021

By |March 12th, 2021|1 Comment

Il-61 edizzjoni ta' SportMalta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali se tkun qed titella' għada s-Sibt 13 ta' Marzu 2021. Kif imħabbar iktar qabel l-edizzjoni ta' din is-sena se tkun waħda speċjali hekk kif il-kumitat organizattiv iffurmat b'mod konġunt bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u SportMalta kienu kostretti li jwasslu din l-edizzjoni b'verżjoni differenti kif imdorrija s-soltu. L-Edizzjoni ta' din is-sena li se tkun qed tippremja l-aħjar u l-aqwa kisbiet matul is-sena 2020 se tkun qed tixxandar fuq TSN1, fuq il-pjattaforma ta' Melita u Go, kif ukoll fuq Facebook live permezz tal-paġni Malta Sports Journalists Association kif ukoll Be Active SportMalta. Se jkun hemm trażmissjoni diretta ukoll fuq il-Youtube channel Xandira live. L-avveniment jibda fit-8pm b'format ta' programm Televiżiv bil-mistiedna fosthom il-finalisti jingħaqdu f'kollegament virtwali permezz tal-pjattaforma zoom. Is-serata ta' din is-sena se tkun ippreżentata minn Lorraine Cunningham u Chris Cauchi. Id-dettalji dwar il-kategoriji u l-finalisti jinsabu fuq is-sit www.maltasportsjournalists.com

7 03, 2021

Jitħabbru l-finalisti tal-Isportivi Nazzjonali

By |March 7th, 2021|0 Comments

Tħabbru l-finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jirrikonoxxu l-kisbiet sportivi tas-sena 2020. F’konferenza stampa li xxandret diretta fuq il-media soċjali s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima faħħar id-deċiżjoni tal-Kumitat Organizattiv li ma jikanċellax l-avveniment u jbiddel ilformat minn wieħed bl-udjenza, għall-avveniment virtwali forma ta’ programm televiżiv. Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef spjega li din id-deċiżjoni ttieħet fl-interess tal-atleti, l-uffiċjali, sponsors u mistiedna oħra li ta’ kull sena jkunu preżenti għal dan l-avveniment annwali iżda fiċ-ċirkostanzi preżenti u r-restrizzjonijiet imposti dan mhux se jkun possibbli. Il-Finalisti huma dawn: SPORTIVA TAS-SENA Sue Abela (Ten Pin Bowling) Haley Bugeja (Football) Sasha Gatt (Għawm) SPORTIV TAS-SENA Rodney Gatt (Tiġrijiet taż-Żwiemel) Dejan Grech (Pool) Ben Plumpton (Waterpolo) ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA Haley Bugeja (Football) Tenishia Thornton (Weightlifting) Tara Vella Clark (Ġinnastika) ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA Kayden Lagana' (Ten Pin Bowling) Richard Schultheis (Ibburdjar) Kijan Sultana (Squash) KOWĊ TAS-SENA Jesmond Caruana (Weightlifting) Devis [...]

28 02, 2021

Jitħabbru s-Semifinalisti tal-61 edizzjoni tal-Isportivi Nazzjonali

By |February 28th, 2021|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports qiegħed uffiċjalment jippublika l-lista tas-semi finalisti tal-edizzjoni ta' din is-sena ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Wara li ntemm il-proċess ta' nominazzjonijiet mill-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet lokali, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel l-evalwazzjoni tiegħu tal-kisbiet sportivi matul is-sena 2020 u ħareġ bil-lista ta' sitt semifinalisti f'kull kategorija. Intant beda l-proċess tal-votazzjoni mill-memberi kollha tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li għandhom sa nhar l-Erbgħa 3 ta' Marzu biex iniżżlu l-kategorii kollha għal tliet finalisti. Il-Finalisti eventwalment se jitħabbru nhar is-Sibt 6 ta' Marzu fl-10:30hrs permezz ta' Konfeenza Stampa li se tkun trażmessa diretta fuq Facebook fuq il-paġna Malta Sports Journalists Association u Be Active SportMalta. Is-Serata finali tal-61 edizzjoni ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir is-Sibt 13 ta' Marzu fejn panel ta' ġurnalisti se jkunu qed jivvutaw sabiex ikunu determinati fejn se jmorru l-unuri tal-Isportiv tas-Sena, Sportiva tas-Sena, Żagħżugħ tas-Sena, Żagħżugħa tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, Kowċ tas-Sena [...]

Go to Top