Awards

27 02, 2020

Ir-rebbieħa tas-60 edizzjoni tal-iSportMalta Awards – L-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 27th, 2020|0 Comments

Wara nuqqas ta’ tliet edizzjonijiet, l-atletika reġgħet rebħet waħda miż-żewġ kategoriji l-kbar fis-60 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Iżda għall-ewwel darba, l-atletika rebħet kemm il-kategorija Sportiv tas-Sena kif ukoll Sportiva tas-Sena fl-istess edizzjoni, permezz ta’ Jordan Gusman u Lisa Marie Bezzina. Gusman li rebaħ mal-ewwel okkażjoni li kien finalist, sar biss it-tieni atleta mill-atletika li rebaħ l-Isportiv tas-Sena wara Mario Bonello fl-1999. Bezzina fuq in-naħa l-oħra saret id-disa’ atleta femminili mill-atletika li rebħet l-unur tal-Isportiva tas-Sena. Iż-żewġ atleti kellhom sena simili ta’ xulxin. Huma fosthom rebħu t-tnejn it-tlielaq tal-5,000 u l-10,000 metru fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Montenegro, b’Gusman jirbaħ ukoll il-fidda fl-1,500 metru. Lejn tmiem is-sena, Gusman kiser ir-rekord nazzjonali fl-10,000 metru filwaqt li Bezzina kisret ir-rekord nazzjonali tan-nofs maratona. Il-kategoriji Żagħżugħ u Żagħżugħa tas-Sena ntrebħu minn Jake Muscat tal-waterpolo u Mya Azzopardi tal-għawm rispettivament. Fil-preżent, iż-żewġ atleti jinsabu barra minn xtutna biex itejbu l-kwalità fl-isport li jikkompetu fih. Din hi t-tieni darba fl-aħħar erba’ [...]

Go to Top