Imħabbra s-Semifinalisti tal-iSportivi Nazzjonali 2020
SELEZZJONI TAS-SEMI FINALISTI – SPORTIVI NAZZJONALI 2020 (SENA BAŻI 2019) KATEGORIJA SPORTIV TAS-SENA Mauro ANASTASI – Ten Pin Bowling Champion Nazzjonali u rebbieħ ta’ tliet midalji tal-fidda fil-Kampjonat tal-Mediterran kategorija singles, All Events u Masters. Keith AZZOPARDI – Kickboxing Għandu t-titlu ta’ World Kickboxing Network Professional bir-regoli full contact kif ukoll fil-kategorija K-1. Gianluca CHETCUTI – Sparar Rebaħ il-midalja tad-deheb fid-double trap waqt il-logħob tal-pajjiżi żgħar li saru fil—Montenegro. William CHETCUTI – Sparar Kiseb il-midalja tal-fidda fid-double trap waqt il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar fil-Montenegro u spiċċa fil-11 il-post fil-Kampjonat tad-Dinja. Kiseb ukoll il-midalja tal-fidda fit-trap fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar. David FARRUGIA – Raffa Spiċċa fid-disa’ post fil-Kampjonat tad-dinja li saru l-Arġentina fis-sezzjoni singles minn 21 pajjiż. Spiċċa fit-tielet post fil-Kampjonati Ewropej li saru f'Innsbruck, fl-Awstrija. Antonio FLORES – ParaOlympics Fis-sena 2019, ikkompeta fil-logħob Para Olimpiku. Lokalment ħa sehem fil-100m f’ħin ta’ 12.89s kif ukoll fil-World Para Athletics Paris Grand Prix kemm fil-100m [...]