Awards

22 02, 2019

Carmine Tommasone mistieden waqt l-Għażliet Sportivi Nazzjonali 

By |February 22nd, 2019|0 Comments

Hekk kif nhar is-Sibt se tkun organizzata d-59 edizzjoni ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, l-kumitat Organizattiv bi pjaċir iħabbar li ċ-ċampjin Taljan tal-Boxing fil-kategorija Lightwieght u ċampjin Interkontinentali tal-WBA Carmine Tommasone se jkun il-mistieden speċjali waqt is-serata. Tommasone twieled f’Avellino l-Italja fit-30 ta’ Marzu 1984. Hu beda l-karriera fil-boxing fis-sena 2010 fejn kellu l-unur li jirrapreżenta l-Italja fil-kategorija Lightweight fl-Olimpjadi tal-2016 li saru f’Rio De Janeiro l-Brażil. Tommasone għandu rekord impressjonanti fil-livell Amateur u meta qaleb għall-kategorija 'Professional' sa issa għandu xejn inqas minn għoxrin ġlieda li minnhom rebaħ dsatax -il konfront, ħamsa minnhom b’Knock Out kontra l-avversarji tiegħu. Ġimgħa ilu hu ġġieled għat-Titlu tal-WBO iżda tilef kontra ċ-ċampjin attwali u holder taċ-ċintorin Oscar Valdez mill-Messiku. L-avveniment SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se jixxandar dirett fuq TVM2 u Facebook live nhar is-Sibt mis-7.30pm 'il quddiem. Filmati mil-links hawn taħt: https://www.youtube.com/watch?v=xy1TUo98PlU https://www.youtube.com/watch?v=qOR_Pvy9OdA

20 02, 2019

Il-Finalisti tad-59 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 20th, 2019|0 Comments

Nhar is-Sibt 23 ta' Frar 2019 l-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma' SportMalta se jorganizzaw edizzjoni oħra ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Din is-serata se tixxandar diretta fuq TVM2 mis-7.30pm 'il quddiem. L-edizzjoni ta' din is-sena hi d-59 edizzjoni sa minn meta beda jkun organizzat il-konkors Sportiv tas-Sena lura fl-1960. B'kollox se jingħataw 11-il unur li minnhom se jkun hemm 7 kategoriji li l-unur se jitħabbar waqt votazzjoni tal-ġurija komposta minn ġurnalisti tal-Isport. L-edizzjoni ta' nhar is-Sibt se tkun qed tirrikonoxxi l-kisbiet tal-atleti u l-uffiċjali matul is-sena 2018. Biex tara l-profil ta' dawn l-atleti u l-uffiċjali li huma finalisti idħol fid-dokument t'hawn taħt: Min huma l-Finalisti  

18 02, 2019

SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali – Certificates Presentation and Announcement of Finalists (16th Feb 2019 at Fort St. Angelo) – 59th edition

By |February 18th, 2019|0 Comments

Go to Top