Xahar ‘il bogħod mill-Għażliet Sportivi Nazzjonali
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport bi pjaċir ifakkar li ninsabu eżattament xahar 'il bogħod mis-serata finali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali li se ssir nhar is-Sibt 2 ta' Marzu fil-Lukanda Westin Dragonara f'San Ġiljan. Dan l-avvenimemt se jiġi trasmess b'mod dirett fuq l-istazzjon sportiv TVMSport+ kif ukoll fuq il-mezzi soċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sport. Sadanittant, il-pubbliku għandu 30 ġurnata mil-lum sabiex jivvota għall-People's Choice Award. Għal dan l-unur, din is-sena l-għażla se tkun b’100% televoting fuq in-numri tal-SMS rispettivi tagħhom, kif ġej: Mario Bonello (Atletika) – 50615031 Clayton Castaldi (Pool) - 50615032 Gianluca Chetcuti (Trap Shooting) - 50615033 Brent Spiteri (Kickboxing) - 50615034 Matthias Spiteri (Ibburdjar) - 50615035 Sophie St John (Ġinnastika) - 50615036 Colette Sultana (Squash) - 50615037 Tenishia Thornton (Weightlifting) - 50615038 Rhona Xerri (Malta Rugby Football Union) – 50615039 Il-pubbliku jista' jivvota kemm-il darba jrid b'kull sms li jiswa' €0.58 ċenteżmu bil-votazzjoni tintemm nhar is-Sibt 2 ta' Marzu f'nofsinhar. [...]