Magħrufa r-rebbieħa tat-62 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali
Is-Sibt filgħaxija waqt xandira diretta fuq TVM News+ u l-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, tħabbru r-rebbieħa tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. It-62 edizzjoni rat lura l-finalisti u l-mistednin tagħhom flimkien ma’ mistednin distinti, bħala udjenza waqt is-serata finali. Din l-attività bdiet bir-Red Carpet ippreżentat mill-Viċi President u s-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Clinton Buhagiar u Lorraine Cunningham. Saru diskorsi qosra tal-okkażjoni mill-Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni l-Onor Clifton Grima, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar u l-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef. Preżenti wkoll il-President tal-AIPS Europe u Viċi President tal-AIPS, Charles Camenzuli; il-Viċi President tal-AIPS, il-Grieg Iannis Daras u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Sportivi ta’ Ċipru, Erodotos Miltiadous. Għal sena oħra din is-serata kienet organizzata b’mod konġunt mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ SportMalta bl-appoġġ sħiħ tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni. Waqt din is-serata finali li kienet ippreżentata minn Joanna Camilleri u Simon Farrugia ġew [...]