Home Page

6 08, 2023

ACF Fiorentina jegħlbu lil OGC Nice fit-tieni jum tal-Visit Malta Sela Cup

By |August 6th, 2023|0 Comments

Fl-ewwel partita li kellna llum f’St James Park mis-Sepa Cup ippreżentata minn Visit Malta, iltaqgħu OGC Nice u Fiorentina fejn kienu t-tim ta’ Vincenzo Italiano li kisbu l-punti f’rebħa ta’ 2-1. Fiorentina marru fil-vantaġġ fis-sbatax il-minuta meta kien Christian Kouname li tefa’ ballun l-quddiem u sab lil LUCA JOVIC li b’xutt fil-baxx tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Kasper Schmeichel. Fil- 25 minuta reġgħu kienu Fiorentina, meta din d-darba kien Luca Jovic li tefa’ kross fil-baxx li sab lil Nanitamo Ikone li kellu konklużjoni fjakka u li kienet salvata bla ebda problemi minn Kasper Schmeichel. Tlett minuti wara u waslet l-ewwel azzjoni minn OCG Nice meta kien corner ta’ Bilal Brahimi u l-ballun spiċċa għand Ayoub Amraoui li kellu l-konklużjoni tiegħu salvata minn Pietro Terracciano. Fi 32 minuta wieġbu l-Viola, meta kien Luca Ranieri li pprova x-xutt mid-distanza u li kien mdawwar f’corner mil-goalkeeper Schmeichel. Fl-azzjoni sussegwenti, mill-corner Fiorentina kabbru l-marġni [...]

5 08, 2023

Newcastle United jibdew b’rebħa quddiem il-partitarji tagħhom

By |August 5th, 2023|0 Comments

Fit-tieni partita tal-lum mis-Sela Cup li hija ppreżentata minn Visit Malta, iltaqgħu Newcastle United ta’ Eddie Howe kontra t-tim Taljan ta’ Fiorentina, bil-Magpies li rnexxielhom jtemmu l-konfront fuq in-naħa rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0. L-ewwel azzjoni perikoluża tal-logħba waslet fil-25 minuta, meta Elliot Anderson għadda l-ballun lil Anthony Gordon, b’dan tal-aħħar ra x-xutt b’saħħtu tiegħu jintemm mal-lasti. Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Newcastle fetħu l-iskor meta kien Alexander Isak li tefa' ballun preċiż lejn Miguel Almirón li b’xutt bid-dawra tefa’ l-ballun fix-xibka. L-ewwel taqsima ntemmet 1-0 għal Newcastle United. Ma’ kważi siegħa logħob kienu Newcastle United li reġgħu resqu viċin, meta reġa' kien l-istess Almirón li pprova xutt ċentrali minn barra l-kaxxa u li ġie salvat tajjeb minn Michele Cerofolini. Tmien minuti mit-tmien, Newcastle United għamlu ċert mir-rebħa bit-tieni gowl, meta kien corner ta’ Kevin Tripper li sab eżatt lil Alexader Isak li b’daqqa ta’ ras tefa’ l-ballun fix-xibka. [...]

5 08, 2023

Żewġ gowls f’qasir żmien fl-ewwel logħba tal-Visit Malta Sela Cup

By |August 5th, 2023|0 Comments

F’temp tipikament Ingliż u xitwi, ftit tal-ħin ilu intlagħbet l-ewwel logħba mis-Sela Cup li hija ppreżentata minn Visit Malta, fejn f’St James Park Villareal ta’ Spanja u OGC Nice ta’ Franza spiċċaw fi draw ta’ 1-1. L-ewwel taqsima kienet magħmula minn ħafna logħob f’nofs il-ground, biz-żewġ timijiet ftit li xejn kienu perikolużi u għarfu jinewtralizzaw lill-xulxin biex l-ewwel taqsima għalqet 0-0. Fil-bidu tat-tieni taqsima kienu Villareal li fetħu l-iskor, meta fil-51 minuta ġew mgħotija penalty, wara foul fil-kaxxa fuq Jose Luis Morales. Inkariga mill-penalty Ben Brenton Diaz li ra l-ewwel tentattiv tiegħu jkun salvat parzjalment mill-goalkeeper Marcin Bulka, bil-ballun li reġa' spiċċa għand Diaz li mir-rebound tefa' fix-xibka. Il-Franċiżi għamlu l-iskor indaqs ħames minuti wara, meta kien Terem Moffi li għadda ballun lejn Morgan Sanson li b’xutt minn ġol-kaxxa għeleb lil Filip Jorgensen u għamel l-iskor 1-1. Skor finali: OGC NICE 1-1 VILLAREAL. Referee:  Rob Jones Ritratti: Domenic Aquilina [...]

4 08, 2023

Now it´s the U17 Women’s Water Polo European Championship

By |August 4th, 2023|0 Comments

A report by our intern Emilia Beutel The U17 women's water polo European Championships take place every two years. Here, young women from all over the world compete for this title. This event wants to give young women a platform to show their skills and compete against young women all over the world. The first U17 Women´s European Championships were held in Portugal in 2005 and were won by Hungary. Young women can see it as a stepping stone to higher age-group competitions and eventually the women's national teams of their countries. It plays a crucial role in promoting gender equality in sports, specifically in water polo. By offering young women the same opportunities as their male counterparts, the tournament encourages more girls to take up water polo and pursue their passion for the sport. Furthermore, increased visibility and recognition for women´s water polo at the U17 level help break [...]

Go to Top