Kollox lest għall-edizzjoni tas-Sela Cup f’Newcastle
Fit-training grounds ta’ Newcastle United, il-Ġimgħa filgħodu it-Team Manager Eddie Howe indirizza konferenza stampa li saret lejlet il-bidu tas-Sela Cup li hija ppreżentata minn VisitMalta. Għal dan it-tournament se jkunu qed jieħdu sehem Newcaslte United, Nice, Villareal u Fiorentina bl-erba' partiti jintlagħbu bejn għada s-Sibt u l-Ħadd. Howe beda billi qal li jinsab kuntent li wara t-tour li kellhom fl-Istati Uniti issa jinsabu lura f’darhom għall-partiti tat-tmiem il-ġimgħa, dan għaliex kien ilhom ħafna ma’ jilagħbu quddiem il-partitarji tagħhom. Mistoqsi dwar hekk hemmx xi plejers li mhux ser ikunu disponsibbli għal dan it-tournament, il-manager ta’ Newcastle qal li Joe Willock u Emil Krafth mhumiex disponibbli, filwaqt li hemm dubju dwar Fabian Schär. Eddie Howe tkellem ukoll dwar l-akkwisti l-ġodda li saru f’dan is-suq ta’ trasferimenti. Huwa sostna li Sandro Tonali ġej minn Kampjonat differenti iżda qed jintegra fl-iskwadra b’mod tajjeb ħafna, filwaqt li Harvey Barnes huwa plejer li jaf sewwa [...]