Home Page

8 05, 2023

TGS tgħin lill-Għaqda Ġurnalisti Sports biex tattendi l-Kungress tal-AIPS f’Seoul

By |May 8th, 2023|0 Comments

Il-Kumpanija Together Gaming Solutions plc li hi bbażata Malta, u topera kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment taħt il-liċenzja maħruġa mill-Malta Gaming Authority, mill-ġdid reġgħet ħadet id-deċiżjoni li tgħin lill-industrija tal-isport lokali. Din id-darba, l-kumpanija offriet li tgħin lil delegazzjoni mill-Għaqda Ġurnalisti Sports billi assistiet finanzjarjament żewġ uffiċjali sabiex jattendu l-Kungress tal-AIPS li se jsir f'Seoul fil-Korea t'Isfel, bejn it-8 u it-12 ta' Mejju. Il-President Sandro Micallef flimkien mas-Segretarju Ġenerali Lorraine Cuningham, tal-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS), iltaqgħu mas-sur Edward Licari, id-Direttur ta' Together Gaming Solutions, sabiex jirringrazzjawh personalment talli għamel possibli il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Kungress ta' din is-sena. Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, Sandro Micallef wera l-gratitudni tiegħu f'isem il-Kumitat Eżekuttiv għal din l-assistenza u stqarr li "Aħna għaqda volontarja b'finanzi limitati u li ma kienx għal din l-assistenza diretta finanzjarja minn TGS stajna tlifna dan il-Kungress importanti li se jsir f'Seoul. Inħares 'il quddiem sabiex kumpaniji oħra lokali  jimxu mal-eżempju ta' [...]

3 05, 2023

Daniel Sowatey receives the first TGS Malta Fair Play Award for the year 2023

By |May 3rd, 2023|0 Comments

The Malta Fair Play Movement in collaboration with the Malta Sports Journalists Association and Together Gaming Solutions have announced that the first TGS Fair Play Award for the year 2023, covering the January–March period, was awarded to Daniel Sowatey. Daniel Sowatey is the founder of the Sowatey Official Foundation, which assists in the development of sports in Ghana. Recently, San Gwann F.C. and the Malta Football Players Association (MFPA) joined Sowatey in providing football equipment to Sambo4 F.C. Last year, the Sowatey Foundation donated food supplies to the Teshie Orphanage Home. The Ghanian defender had started playing in Gozo, in 2016 with Xagħra United F.C. and then moved with Victoria Hotspurs in 2019. The following year, he continued his career in Malta with Żejtun Corinthians and then Vittoriosa Stars. He is currently on the books of San Gwann F.C. This award is aimed at sporting individuals or teams that [...]

3 05, 2023

Daniel Sowatey jirċievi l-ewwel TGS Fair Play Award għas-sena 2023

By |May 3rd, 2023|0 Comments

Il-Malta Fair Play Movement b’kolaborazzjoni mal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Together Gaming Solutions ħabbru li r-rebbieħ tal-ewwel TGS Fair Play Award għas-sena 2023 ingħata lil Daniel Sowatey. L-ewwel unur għas-sena 2023, li jkopri l-perjodu bejn Jannar u Marzu ngħata lil Daniel Sowatey plejer tal-futbol mill-Ghana li beda jilgħab f’Għawdex fl-2016 mat-tim ta’ Xagħra United F.C. u fl-2019 ma’ Victoria Hotspur. Fl-2020 hu kien kompla l-karriera tiegħu f’Malta ma’ Żejtun Corinthians sakemm ingħaqad ma’ Vittoriosa Stars fl-2022 u f’dan l-istaġun kien fuq il-kotba ta' San Gwann F.C. Daniel Sowatey imexxi wkoll is-Sowatey Official Foundation bil-għan li jgħin fl-iżvilupp tal-isport b’mod speċjali l-logħba tal-futbol f’art twelidu, l-Ghana, Dan l-aħħar San Ġwann F.C. u l-Malta Football Players Association (MFPA) inagħqdu ma’ Sowatey billi għamlu donazzjoni ta’ apparat tal-futbol lit-tim ta’ Sambo4 F.C fil-Ghana. Matul is-sena li għaddiet is-Sowatey Foundation tat provista ta’ ikel u xorb lit-Teshie Orphanage Home. Dan il-premju huwa intiż għal [...]

22 04, 2023

Malta Men’s U17 Water Polo Team wins the Atlas Youth Athlete of the Month Award for March

By |April 22nd, 2023|0 Comments

The Malta Men's U17 Water Polo Team has been awarded the Atlas Youth Athlete of the Month Award for the month of March 2023. This is the fifth time that the award has been given to a team instead of an individual athlete and the fourth time to a national water polo team. The Malta Men’s U17 Water Polo Team managed to win all the matches from Group D Qualifiers, hence qualifying for the European Championship taking place between the 8th and 15th August in Manisa, Türkiye. In the opening match of the qualifying group, the Maltese youngsters dominated the Latvians, winning 34-3. Following that, they won against Poland 15-3, against Slovakia 12-5, and also won  the match against Great Britain 15-5. This is the second time that the Malta Men’s U17 Water Polo Team qualified for the European Championship. The team is managed by Milan Cirovic and assisted [...]

Go to Top