Estiża sal-21 ta’ April is-sejħa għan-nominazzjonijiet għall-ewwel TGS Fair Play Award tas-sena 2023
Għat-tielet sena konsekuttiva, l-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) flimkien mal-Malta Fair Play Movement (MFPM) u b'kollaborazzjoni ma' Together Gaming Solutions (TGS) qed jirrikonoxxu l-kunċett ta' fair play fl-isport bl-għotja tat-TGS Fair Play Award. Il-kunċett tal-Fair Play Award f'Malta jmur lura għas-snin tmenin, meta l-mibki iżda qatt minsi ġurnalist sportiv Lewis Portelli kien introduċa u organizza dan l-award intiż għal dawk fil-qasam tal-isport kemm fuq livell individwali jew bħala tim għal mod atruwistiku f’kompetizzjoni/ijiet uffiċjali jew le. Esperti fil-qasam tal-isport lokali ngħaqdu flimkien fi ħdan l-MFPM, sabiex flimkien mal-GħĠS, jevalwaw in-nominazzjonijiet b’rabta mal-kunċett ta’ Fair Play. Il-panel huwa magħmul minn Charles Camenzuli (Chairperson), Adele Muscat, Pierre Cassar, Kevin Joseph Azzopardi u Sandro Micallef. Bħalissa l-MFPM qed jikkonsidra s-sitwazzjonijiet ta’ Fair Play li għaddew minnhom l-assoċjazzjonijiet, uffiċjali tal-isport u/ jew atleti matul il-perjodu Jannar – Marzu 2023. Kemm il-pubbliku kif ukoll l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonjiet sportivi huma mitluba li jibagħtu d-dettalji tal-avveniment jew kompetizzjoni [...]