Il-plejer leġendarju Denis Irwin u l-memorji sbieħ tiegħu f’Malta
Il-plejer leġendarju ta' Manchester United Denis Irwin kien il-mistieden speċjali fuq l-istand ta’ VisitMalta fil-fiera tal-ivjaġġar Destinations f’Manchester li saret bejn is-16 u d-19 ta' Jannar fejn dawk preżenti kellhom iċ-ċans jieħdu ritratti miegħu u ħafna anke bdew jitolbuh l-awtografu. L-Amministratur tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Stephen Azzopardi kellu l-opportunità li jintervista lil Denis Irwin grazzi għal VisitMalta u l-ftehim li għandhom mat-tim ta’ Manchester United. Fil-kummenti tiegħu Irwin qal li huwa jħossu onorat li lagħab ma' Manchester United u li tgħallem ħafna mingħand Sir Alex Ferguson. Semma kif Ferguson kien jieħu ħsieb il-plejers tiegħu u li kien għalihom missier. Denis Irwin ħeġġeġ lil dawk żgħar fl-età u li jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol sabiex jieħdu pjaċir bil-logħba tal-futbol u jitbissmu għaliex hija logħba mill-isbaħ! Ma kienx jonqos li Denis Irwin jaqsam il-memorji sbieħ li għandu ta' Malta meta ltaqa' mal-partitarji Maltin fil-Manchester United Supporters’ Club, li huwa wieħed mill-eqdem fergħat u [...]