Messi u Putellas jirbħu l-unur tal-atleti tas-sena 2022 tal-AIPS
Il-plejers tal-futbol Lionel Messi tal-Arġentina u l-Ispanjola Alexia Putellas ġew ivvotati bħala l-atleti tas-sena 2022 tal-AIPS l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Media Sportiva. F'kommmunikat ilbieraħ l-AIPS qalet li għall-dawn l-unuri vvutaw 420 ġurnalist minn 113-il pajjiż differenti fosthom Malta. Messi rebaħ dan l-unur meta kiseb 25% tal-voti bit-tieni post f'din il-kategorija tal-atleta tas-sena maskili jmur għand l-atleta Żvediż tal-Pole Vault Armand Duplantis. Fit-Tielet post spiċċa' l-plejer tal-futbol Franċiż Kylian Mbappe. Is-sewieq tal-F1 Max Verstappen spiċċa fil-ħames post filwaqt li t-Tennista Raffael Nadal temm fl-għaxar post tal-klassifika. Fil-Kategorija Atleta Femminili tas-Sena wara r-rebbieħa Putellas li ġabet 12% tal-voti, temmet bħala runner up l-għawwiema Amerikana Katie Ledecky u fit-tielet post l-Atleta mill-Venezuela Yulimar Rojas. It-tennista Ons Jaubeur li kellha sena mill-aqwa spiċċat fl-għaxar post ta' din il-kategorija. AIPS Best Female Athlete of 2022: PUTELLAS ALEXIA(Football, Spain - 452 votes (11,96%) LEDECKY KATIE (Swimming, USA) - 295 votes (7,80%) ROJAS YULIMAR(Athletics, Venezuela) - 243 votes [...]