Organizzat b’suċċess it-tournament tal-futbol kwadrangolari ta’ Boxing Day
L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) għal sena oħra organizzat it-tournament tradizzjonali ta’ Boxing Day, fejn kien hemm il-parteċipazzjoni ta’ erba’ timijiet: tim li jirrapreżenta lill-media, tim li jirrapreżenta il-kowċis tal-Malta Football Coaches Association (MFCA), tim li jirrapreżenta lir-referis organizzat mill-Malta Football Referees Association u tim magħmul mill-istaff tal-Malta Football Association (MFA). Ir-rebbieħa ta’ dan it-tournament kienu t-team tal-kowċis tal-MFCA. Dan it-tournament reġa' kien organizzat wara nuqqas ta’ sentejn, minħabba l-pandemija. Il-parteċipanti kollha kienu onorati bil-preżenza tal-E.T. il-President ta’ Malta Dr George Vella, illi attenda għall-ħabta tal-10 a.m, fejn għal ftit minuti qasam il-ħsibiijiet tiegħu ta' din il-ġurnata impenjattiva għal;ih u ta l-kick off simboliku tat-tieni sett ta’ logħbiet. Il-parteċipanti kollha anki dawk il-membri mill-assoċjazzjonijiet varji li ma lagħbux u kienu preżenti bħala sostenn, għamlu d-donazzjoni tagħhom u s-somma totali miġbura kienet ta’ €1,100 li se tkun ippreżentata waqt l-Istrina. Ir-riżultati kollha kienu dawn: GħĠS 1-1 MFRA MFA 0-5 MFCA GħĠS [...]