Jinfetaħ il-proċess tan-nominazzjonijiet għas-Sport for Social Change Award
Assoċjazzjonijiet Sportivi Lokali, Federazzjonijiet, Organizzazzjonijiet mhux Governattivi u Organizzazzjonijet Volontarji qed ikunu mistiedna biex jissottomettu n-nominazzjonijiet tagħhom għall-kategorija ‘Sport for Social Change’ tal-65 Edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Għat-tieni sena konsekuttiva se jiġi ppreżentat dan l-unur waqt L-Għażliet Sportivi Nazzjonali, sabiex tintwera l-importanza u l-apprezzament tax-xogħol imprezzabbli ta’ organizzazzjonijiet madwar il-gżejjer Maltin li qed jużaw l-isport jew attività fiżika sabiex joħolqu impatt pożittiv fuq il-komunitajiet lokali u individwi fil-bżonn. L-għan tal-unur ‘Sport for Social Change Award’ huwa biex iżid iktar interess fl-entitajiet sportivi biex jagħmlu iktar ħilithom u jkomplu jgħinu lil min hu fil-bżonn. Assoċjazzjonijiet Sportivi, Federazzjonijiet, Organizzazzjonijiet mhux Governattivi kif ukoll Organizzazzjonijiet Volontarji jistgħu jissottomettu l-inizjattivi tagħhom li jkunu saru bejn l- 1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena li tkun qed tiġi evalwata (2024). L-inizjattiva/i jistgħu jkunu wiesa’ fuq bażi nazzjonali jew fuq bażi lokali. L-Award se jirrikonoxxi l-isforz li qed isir fis-settur li jinkludi [...]