Fabio Spiteri jirbaħ il-ħames IZIBET Elite Athlete Award għas-sena 2024
National Lottery plc u l-Għaqda Ġurnalisti Sports, bi pjaċir iħabbru li Fabio Spiteri rebaħ il-ħames unur tal-IZIBET Elite Athlete Award li jkopri x-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2024. Nhar il-Ħamis 12 ta’ Settembru, Fabio Spiteri sar l-ewwel ultra-triatleta Malti li lesta t-tiġrija DECA f’Garda, fl-Italja. Id-DECA Ultra Triathlon tkopri distanza totali ta’ 2,260 kilometru li hija ekwivalenti għal 10 darbiet tiġrija tal-Ironman. L-atleti huma involuti f'għawma ta' 38 kilometru, ġirja bir-rota ta' 1,800 kilometru u ġirja ta' 422 km, li din tal-aħħar hija ekwivalenti għal 10 tiġrijiet maratona. Wara li s-sena l-oħra fil-Brażil, Spiteri kellu jirtira minħabba diversi nfafet f’saqajh u uġigħ fil-muskoli, huwa lesta l-isfida tad-DECA ta’ din is-sena fi tnax-il ġurnata u qasam il-linja finali b’ħin totali ta’ 264 siegħa, 51 minuta, u 58 sekonda. B’hekk huwa ġie fis-sitt post minn ħdax-il parteċipant. Spiteri ddedika dan is-suċċess għall-memorja tal-mibki ħabib kbir tiegħu u triatleta Jake Vella [...]