Jintemm it-78 Kungress tal-AIPS – Diskussi l-Match fixing u drittijiet tar-Radju
L-Erbgħa ġie fi tmiemu t-78 Kungress tal-AIPS li kien qed isir f’Pariġi fi Franza. Fost diversi temi li ġew diskussi kien hemm il-problema tal-match fixing problema reali imxerrda madwar id-Dinja sportiva. Fuq dan is-suġġett indirizza lit-303 delegat preżenti waqt dan il-Kungress Younes El Machrafi s-Segretarju tal-Global Lottery Monitoring System u membru tal-World Lotteries Association. Waqt il-kungress ġiet diskussa wkoll is-sitwzzjoni tad-drittijiet tar-Radju u televizjoni fejn diversi assoċjazzjonijiet u organizzaturi ta’ attivitajiet sportiv qed jitolbu ħlasijiet esaġerati lill-ġurnalisti sabiex dawn ikunu jistgħu jingħataw akkreditazzjoni u jxandru dirett fuq il-mezzi tal-media rispettivi u kummenti saħansitra minn ‘mixed zones’. Sussegwentament l-AIPS Europe ippreżentat tlett petizzjonijiet lil tlett kumitati fi ħdan il-Kummissjoni Ewropeja li kienu ndirizzati lill-kumitati tal-Public Liberty, Internal Market u Sport and Culture. Eventwalment żewġ kumitati m’aċettawx il-petizzjoni u qed issir ħidma sabiex din il-petizzjoni tasal fl-għola istituzzjonijiet ewropej u tinstab soluzzjoni immedjata. […]