Duncan Micallef jirbaħ ir-raba’ IZIBET Elite Athlete Award għas-sena 2024
National Lottery plc u l-Għaqda Ġurnalisti Sports, bi pjaċir iħabbru li Duncan Micallef rebaħ ir-raba' unur tal-IZIBET Elite Athlete Award li jkopri x-xhur ta’ Lulju u Awwissu 2024. Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Awwissu, is-sewwieq Malti tad-Drag Racing Duncan Micallef ġie kkonfermat bħala l-aktar sewwieq veloċi fl-Ewropa fit-tielet rawnd tal-FIA European Drag Racing Championship li sar f’Tierp l-Iżvezja. Micallef kiser ir-rekord tiegħu, waqqaf rekord Ewropew ġdid ta’ 3.79 sekondi kif ukoll waqqaf rekord Ewropew b’veloċità ta’ 321.4 mili fis-siegħa. Duncan Micallef Micallef baqa’ jokkupa l-ewwel post tal-kampjonat sa qabel l-aħħar tellieqa, fejn spiċċa fit-tieni post b’erba’punti biss wara s-sewwieqa Żvizzera Jndia Erbacher. Franco de Gabriele, Chief Commercial Officer ta' IZI Group kellu kliem ta’ tifħir dwar il-prestazzjoni straordinarja ta’ Duncan Micallef. “Inħossuna privileġġjati li qed nagħtu l-appoġġ tagħna lil Duncan li kompla jikteb l-istorja fl-FIA Top Duel Drag Racing Class. Huwa ta’ pjaċir kbir li ningħaqdu ma’ atleti li [...]