Reazzjoni għad-deċizjoni tal-MFA dwar manutenzjoni fl-Istadium Nazzjonali
L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) tilqa' b'sodisfazzjon l-aħħar komunikazzjoni mill-Malta Football Association (MFA) rigward il-manutenzjoni li ġiet imwiegħda li se ssir fil-Press Boxes tat-tielet sular tal-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tfakkar li din id-deċiżjoni tal-MFA li tibda dawn ix-xogħlijiet waslet wara pressjoni li saret mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, fejn kienet kitbet lis-Segretarju Ġenerali tal-MFA biex tiġbed l-attenzjoni dwar dan kollu iktar minn xahrejn ilu. Din id-deċiżjoni tal-MFA ittieħdet ilbieraħ wara li l-ġurnalisti li kienu xogħol fi tmiem il-ġimgħa, reġgħu esperjenzaw l-ilma dieħel minn kullimkien fit-tielet sular tal-istadium, inkluż ilma tax-xita jmiss ma' apparat elettroniku viċin tagħhom. Dawn reġgħu rrapportaw immedjatament lill-GħĠS. Filwaqt li l-Għaqda Ġurnalisti Sports tapprezza l-intervent li se jsir biex tibda l-manutenzjoni neċessarja, l-Għaqda Ġurnalisti Sports xorta ma taqbilx li se jitħallew il-camerapersons jaċċessaw il-kmamar tat-tielet sular biex jiġbdu l-logħbiet. Għalkemm l-ikbar ammont ta’ ilma tax-xita qed jidħol mill-media boxes li jinsabu fuq ix-xellug u l-lemin tal-media [...]