Rebħa komda għal Newcastle United fl-ewwel edizzjoni tas-Sela Cup ippreżentata minn Visit Malta
Ftit tal-ħin ilu ġiet fi tmiemha s-Sela Cup, li kienet ippreżentata b’suċċess minn VISIT MALTA. L-ewwel edizzjoni ta’ din l-kompetizzjoni kienet mirbuħa minn Newcastle United wara li fil-partita ta’ llum huma għelbu lil Villarreal bl-iskor ta’ 4-0. Għall-partita tal-lum iż-żewġ naħat niżlu bi skwadra ta’ plejers differenti mill-plejers li kienu utilizzati fil-logħbiet tal-bieraħ. Wara biss ħames minuti mil-ftuħ tal-partita, Newcastle United fetħu l-iskor fejn kien Matt Richie li pprovda l-freekick li kien newtralizzat b’mod temporanju mid-difiża, il-ballun spiċċa għand JACOB MURPHY li b’xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa ma ħafirx u poġġa lill-Magpies fil-vantaġġ. Fl-10 minuta Newcastle ħasbu li għamlu l-iskor 2-0 meta minn freekick qasir kien Bruno Guimares li dendel kross li sab lil Callum Wilson li tefa' l-ballun fix-xibka. Dan il-gowl iżda kien imħassar wara li l-istess Wilson kien f’pożizzjoni irregolari. Fil-27 minuta għal darb'oħra Newcastle ħasbu li kabbru l-marġi tal-iskor, meta kien Matt Richie li pprovda mill-freekick, [...]