Lydan Debono jirbaħ is-sitt IZIBET Elite Athlete Award għas-sena 2024
National Lottery plc u l-Għaqda Ġurnalisti Sports, bi pjaċir iħabbru li Lydan Debono rebaħ is-sitt unur tal-IZIBET Elite Athlete Award li jkopri x-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2024. Nhar is-Sibt 9 ta’ Novembru, Lydan Debono ġie nkurunat Champion tad-Dinja tal-Blackball meta fil-finali tal-Kampjonati Dinjija tal-Blackball, li kienu qed isiru f’Malta, għeleb lill-Ingliż Dean Shields 10-5. Bidu iebes għal Debono li tilef l-ewwel żewġ frames mill-aqwa minn 19-il frame. Madanakollu il-plejer Malti ma ħarisx lura u kellu wirja stupenda fejn rebaħ ħames frames konsekuttivi. Għal ftit tal-ħin Shields naqas id-distakk iżda Lydan Debono rebaħ il-ħmistax-il frame deċiżiv. Franco de Gabriele, Chief Commercial Officer ta' IZI Group kellu kliem ta’ tifħir dwar il-prestazzjoni straordinarja ta’ Lydan Debono fejn qal, “Is-suċċess dinji ta' Lydan huwa r-riżultat tad-dedikazzjoni kbira tiegħu. Il-fatt li huwa rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja tal-Blackball mhijiex xi ħaġa żgħira u l-ħila tiegħu li jqum għall-okkażjoni minkejja li jkun taħt pressjoni [...]