Jack Mizzi jirbaħ il-premju Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Settembru 2023
Jack Mizzi, li għandu 17-il sena, stabilixxa rekord ġdid fiċ-Chess f’Malta, meta fis-17 ta’ Settembru kien ir-rebbieħ tal-Malta Blitz Championship, fejn rebaħ id-disa’ logħbiet li kellu u sar wieħed mill-ftit li rebaħ kampjonat ta’ din ix-xorta b’rebħiet massimi Il-Malta Blitz Championship huwa avveniment annwali organizzat mill-Malta Chess Federation, li fih ħadu sehem 32 parteċipant minn pajjiżi differenti, fosthom il-Ġermanja, it-Turkija, is-Serbja u ċ-Ċina. B’differenza mil-logħba taċ-Chess tradizzjonali, fejn logħba taf iddum aktar minn tliet sigħat, fil-Blitz kull plejer ikollu tliet minuti b’żieda ta’ żewġ sekondi u kull logħba ma tieħux aktar minn għaxar minuti. Mizzi ilu jilgħab iċ-chess minn mindu kellu għaxar snin. Ta’ tlettax-il sena huwa kien l-iżgħar plejer li rebaħ il-preliminari tal-kompetizzjoni lokali. Is-sena li għaddiet huwa sar l-iżgħar Malti li qatt rebaħ it-titlu ta’ Candidate Master, li jingħata mill-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Chess lil dawk il-plejers li għandhom ċans kbir li jsiru masters. It-trofew tal-Atlas atleta żagħżugħ tax-xahar [...]